Left arrow Go Back

Il-MINISTRU TA' L-EDUKAZZJONI JATTENDI GHALL-PRESENTAZZJONI TA' PREMJIJIET

PR913
Date Icon 15/06/2001

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea dal-ghodu qassam premjijiet u certifikati lil studenti li hadu sehem f'wirja ta' l-arti bit-tema "Jien fis-Socjeta' ta' Madwari" organizzata mis-sezzjoni ghall-Bzonnijiet Specjali fid-Dipartiment ghas-servizzi ta' l-istudenti tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.

Ix-xoghol esibit fil-wirja sar kollu minn studenti li jinhtiegu appogg fi skejjel statali u dawk tal-knisja u qed issir fil-‘foyer' tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.

Fil-wirja hadu sehem studenti minn 28 skola mferrxa ma' Malta u Ghawdex. L-ahjar seba' xogholijiet fil-wirja issa se jintuzaw f'kalendarju ghas-sena 2002 li mistenni jkun pubblikat fix-xhur li gejjin.

F'diskors qasir li ghamel il-Ministru Louis Galea fahhar l-impenn tad-Dipartiment tas-Servizzi ghall-istudenti fi hdan id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni ghax-xoghol siewi li qed jaghmel b'mod partikolari fil-qasam tat-tfal li jinhtiegu appogg u dawk bi bzonnijiet specjali.

Din is-sena dan id-Dipartiment kien impenjat hafna l-ewwel bl-organizazzjoni tal-Festival ta' l-Isport u aktar ricenti fil-Festival tas-Sensi, f'liema zewg attivitajiet kienu nvoluti tfal minn Skejjel Specjali u dawk li jinhtiegu appogg.

F'attivita' ohra li saret fic-Centru ghat-Taghlim ta' l-Adulti fl-imsida, li hu mmexxi minn Victor Sammut u Lewis Scerri, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni qassam certifikati lil adulti li matul is-sena skolastika li ghaddiet attendew ghal korsijiet f'dan ic-Centru.

Ic-Centru offra taghlim f'livell sekondarju fl-ilsien Malti, fil-lingwa Ingliza, Franciza u dik Taljana kif ukoll fil-Matematika.

Il-Ministru Galea fahhar l-impenn ta' l-adulti li ghazlu li jattendu ghal dawn il-klassijiet u spjega kif dan ic-Centru qed jaqdi bzonn u jaghti servizz imfittex hafna.

Tkellem dwar il-hidma li qed jaghmel il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni fil-qasam ta' l-edukazzjoni tul il-hajja u x-xoghol li qed isir biex tonqos kemm jista' jkun il-pjaga ta' l-illiterizmu. Hu sahaq fuq il-bzonn li jkomplu jizdiedu l-opportunitajiet ta' taghlim ghall-adulti, kif se jigri fi ftit zmien iehor meta l-Kullegg ta' l-Arti, Xjenza u Teknologija li se jiftah f'Settembru li gej, jibda joffri wkoll korsijiet ghall-adulti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow