STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA' L-INTERN
Fil-proċess ta' l-ippjanar, l-aċċess għall-informazzjoni, u informazzjoni eżatta, hija kruċjali biex hekk ikun hemm argumenti sodi kemm kontra, kif ukoll favur proposta għal pjan. Patri Mark Montebello, għal ra'unijiet li jafhom huwa biss, deherlu li l-informazzjoni ċara li qed tipprovdi l-Awtorita` ta' l-Ippjanar dwar il-proposta tagħha fir-rigward tal-wied tal-Kalkara m'għandux jagħti każha.
Fil-konferenza stampa li għamel din il-'imgħa, Patri Mark Montebello, biex "ifiehem" li l-wied tal-Kalkara ma kienx fl-iskemi tal-bini mis-sittinijiet, uża mappa mill-Pjan Lokali tal-Port il-Kbir, li tittratta l-istrate'ija tat-trasport; li allura ma tidħolx fil-kwisjoni tal-linji ta' l-iżvilupp. Jekk wieħed jitkellem fuq il-bini u ieħor jitkellem fuq karozzi żgur illi ma niftiehmux! L-iskemi ta' l-iżvilupp ta' l-1988 u dawk tas-sittinijiet juru li l-qasam in kwistjoni kien għall-iżvilupp. Ta' min jirrepeti illi meta ħare' il-pjan għall-konsultazzjoni pubblika fl-1997, kien hemm biss żew' o''ezzjonijiet għall-pjan. L-o''ezzjonijiet li semma Patri Montebello kienu għal applikazzjoni ta' żvilupp li saret is-sena ta' qabel.
Il-proposta ta' l-Awtorita` qed tneħħi għaxart itmien (10,000 metru kwadru) miż-żona ta' l-iżvilupp. Qed issalva l-Wied u tħalli fiż-żona ta' l-iżvilupp dik l-istess parti li kienet di'a` 'iet proposta għall-iżvilupp kemm fis-sittinijiet, kemm fl-iskemi ta' l-iżvilupp ta' l-1988 u konfermata bħala żona ta' żvilupp fil-pjan lokali li ħare' għall-konsultazzjoni pubblika fl-1997.
Dwar din il-parti (magħrufa bħala Site A), l-Awtorita` kienet qalet fil-pjan, li mhux se taċċetta applikazzjonijiet individwali qabel ma jkun hemm applikazzjoni "outline" għall-parti kollha. L-Awtorita` issa qiegħda tagħmel l-eżercizzju hija stess biex tiggwida kif l-iżvilupp għandu jsir, u ppreżentat il-proposta tagħha għall-konsultazzjoni pubblika. L-istqarrija ta' Patri Mark Montebello li, fil-konsultazzjoni pubblika li saret fl-1997, Site A ma kinetx intiża għall-iżvilupp, hija stqarrija timmisinforma.
Bħala segretarju tal-Kumitat ta' Azzjoni, Patri Mark Montebello għandu jkollu d-deċenza li qabel ma jiggwida lin-nies, jiċċekkja sewwa l-fatti. Kieku indenja ruħu jaqra t-test kollu tal-policy GK03, li kopja tagħha qassam huwa stess fil-Konferenza Stampa, isib li l-Awtorita` sa mill-1997 qalet li: "What the Authority wishes to achieve here is a better standard of design – perhaps at a higher density than has hitherto been customary". Ovvjament meta l-Awtorita` tgħid "better standard of design" ma tifhimx li jitħallew l-egħlieqi, iżda li l-bini li jitla' jkun disinjat aħjar. Dan kollu juri bl-aktar mod ċar li minkejja li hemm l-informazzjoni disponibbli, Patri Mark Montebello xorta għadu jinsisti li juri l-fatti kif jidhirlu hu, u b'hekk ikun qiegħed jikkontribwixxi għat-tixrid ta' misinformazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN