STQARRIJA MID-DIVIZJONI TAS-SAHHA
Dalghodu id-Divizjoni tas-Sahha giet infurmata illi pazjent instab mejjet fil-Ward 2 ta' l-irgiel fl-Isptar Monte Karmeli. Dan il-pazjent kien ilu fl-Isptar mit-12 ta' Gunju 2001.
Mill-mument li fih iddahhal l-isptar dan il-pazjent kellu "Level 1 Supervision", jigifieri infermier assenjat mieghu biss, tul 24 siegha; sabiex jevita illi dan il-pazjent jaghmel hsara lilu nnifsu jew lil ohrajn. L-amministrazzjoni ta' l-Isptar Monte Karmeli hadet hsieb sabiex tipprovdi infermier li jahdem bhala part-time ghal dan il-ghan, anki matul il-lejl li ghadda.
Minnufih issejhet il-Pulizija u nbdiet inkjesta magisterjali dwar fuq dan il-kaz. Fl-istess waqt l-amministrazzjoni ta' l-Isptar u d-Divizjoni tas-Sahha wara li evalwaw il-fatti tal-kaz, iddecidew li jigi tterminat l-impjieg tal-infermier part-time li kien gie dettaljat biex jipprovdi "Level 1 Supervision", kif ukoll li tinfetah inkjesta mid-Divizjoni dwar l-aspetti klinici u amministrattivi tal-kaz.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN