PRESENTAZZJONI TA' DONAZZJONIJIET, TAG'?MIR MEDIKU U TA' WHEELCHAIRS LIR-RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAUL
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Soċjali, l-Onor. Antoine Mifsud Bonnici, illum ircieva donazzjonijiet ta' flus kif ukoll wheelchairs ghal użu tar-residenti f'San Vincenz de Paul.
Is-Sur Milo Vassallo, il-Konslu Generali fil-Kanada ghal Malta, f'isem il-Komunit'? Maltija, ippreżenta cheque lis-Segretarju Parlamentari, li minn naħa tieghu ghaddiħ lis-Sur Louis Cuschieri, bhala president tal-Kumitat "'?bieb ta' San Vincenz de Paul". Dan il-Kumitat li huwa Ghaqda volontarja, twaqqaf fl-1996. Permezz ta' donazzjonijiet bhal dawn tkun tista' taħdem biex tghin fil-ħtigijiet ta' l-anzjani f'din ir-Residenza.
Is-Segretarju Parlamentari irċieva wkoll ghoxrin (20) "Pressure Relief Mattresses" minghand il-EuroHealthcare Ltd. Is-Sur Andrew Cutugno, General Manager, filwaqt li ppreżentahom lil Dr Antoine Mifsud Bonnici sabiex jintużaw mir-residenti ta' San Vinċenz, awgura li dawn il-"Pressure Relief Mattresses" iservu biex ikunu ta' aktar kumdit'? ghal dawn ir-residenti.
Ghotja ohra saret mill-"LIONS CLUB" ta' Feltham & Whitton, ta' l-Ingilterra. Din l-ghotja saret fuq inizjattiva tas-Sur Robert Ferrante, li huwa wkoll membru fil-Kumitat "Hbieb ta' San Vincenz". Is-Sinjuri Alfred u Jean Greenbank, Lions ta' Feltham & Whitton, u joqghodu Hunslow, ipprezentaw dawn it-8 Wheelchairs lil Dr Mifsud Bonnici. Is-Segretarju Parlamentari Mifsud Bonnici irringrazzja wkoll lil AIR MALTA talli offrew it-trasport ta' dawn il-Wheelchairs b'xejn mill-Ingilterra ghal Malta.
Dr Mifsud Bonnici irringrazzja lil kulhadd ghal dawn id-donazzjonijiet, li zgur ser ikunu ta' benefiċċju ghall-anzjani ta' din ir-Resdienza, kif ukoll iservu ta' aktar kuragg biex il-Kumitat "'?bieb ta' San Vinċenz" ikomplu jaħdmu ghal 'id tar-Residenza San Vinċenz de Paul.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN