Left arrow Mur Lura

HTIEGA TA' SPECJALIZZAZZJONI FL-INDUSTRIJA TA' L-GHAMARA

PR896
Date Icon 14/06/2001

Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici Josef Bonnici enfasizza l-htiega ghal aktar specjalizzazzjoni u koordinazzjoni fl-industrija tal-ghamara, biex il-produtturi Maltin ikunu jistghu jfittxu u jsibu swieq godda barra l-pajjiz. Hu qal li l-opportunitajiet biex din l-industrija tesporta jezistu, tant li s-sena li ghaddiet kienu esportati b'aktar minn Lm2 miljun f'ghamara.

Il-Ministru Bonnici kien qed jitkellem waqt il-prezentazzjoni tac-certifikat prestigjuz ISO9001 lill-kumpannija tal-ghamara Southern Holdings Limited, li jispecjalizzaw fil-produzzjoni tal-kcejjen tal-marka Fitwell. Din il-kumpanija ilha topera f'Malta mill-1972.

Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici fakkar li s-settur tal-ghamara hu maghmul minn madwar 900 produttur, li tlieta minnhom ihaddmu bejn 100 u 150 impjegat, madwar 50 ohra jhaddmu bejn 10 u 50 persuna, u l-kumplament ihaddmu anqas minn hames persuni. Il-bejgh minn dan is-settur is-sena li ghaddiet kien jammonta ghal madwar Lm14.6 miljun.

Hu zied li peress li dan hu settur li jipproduci ghas-suq lokali, protett permezz tal-levies minn ghamara mahduma barra l-pajjiz, il-Gvern impenja ruhu mill-ewwel biex jghin fir-ristrutturar tieghu. Ghaldaqstant, permezz ta' l-IPSE, thejja rapport dwar il-qaghda ta' dan is-settur, kif ukoll pjan ta' azzjoni li qed ikun ukoll attwat, tant li dig'? bdew jitwettqu whud mir-rakkomandazzjonijiet li saru. Fost l-ohrajn dig'? twaqqaf il-Malta Furniture Manufacturers Trade Group bl-iskop li jippromwovi l-prodott Malti kemm fis-suq lokali u wkoll f'dak barrani, kif ukoll biex iwassal ghal aktar koordinazzjoni bejn id-diversi produtturi tal-ghamara.

Barra minn hekk, saret ukoll zjara minn imprendituri tal-ghamara Maltin fl-Italja fejn setghu jaraw mill-qrib kif topera l-industrija tal-ghamara fl-Italja. Din iz-zjara saret bl-ghajnuna tal-Confartigianato ta' Treviso, li qed tikkoopera bis-shih ma' l-IPSE fil-hidma taghha biex tghin b'kull mod lill-industrija lokali tal-ghamara.

Il-Ministru Bonnici semma wkoll li dig'? hemm minn fost madwar 60 intrapriza li ghandhom bzonn jirristrutturaw, madwar 17-il intrapriza li dig'? ghaddejjin minn dan il-process ta' ristrutturazzjoni. Dan qed isir ukoll permezz ta' ghajnuna diretta mill-IPSE, li tinkludi konsulenza, ghajnuna finanzjarja, ghajnuna biex tkun akkwistata proprjet'? industrijali u tahrig ta' haddiema.

Hu irrifera wkoll ghall-ghajnuna li qed tinghata mill-METCO biex il-produtturi tal-ghamara jkunu jistghu jfittxu swieq godda barra l-pajjiz. Hu qal li l-hidma min-naha tal-METCO favur dan is-settur zdiedet hafna mindu kien pubblikat ir-rapport kummissjonat mill-IPSE sena ilu, tant li matul is-sena li ghaddiet organizzat il-partecipazzjoni Maltija f'zewg fieri u hames zjarat kummercjali barra l-pajjiz.

Din is-sena dig'? organizzat il-partecipazzjoni fil-Fiera tal-Ghamara f'Birmingham f'Jannar; filwaqt li f'Ottubru se torganizza l-partecipazzjoni tal-Fiera tal-Ghamara f'Dubai. Barra minn hekk dig'? saru zjarat kummercjali fil-Kuwait, fl-Gharabja Sawdita u fil-Libja, bil-partecipazzjoni ta' produtturi tal-ghamara. Minn din il-partecipazzjoni kien hemm min anki rnexxielu jikseb xi kuntratti ta' xoghol.

Filwaqt li enfasizza l-htiega li jkun hawn aktar specjalizzazzjoni f'dan is-settur kif ukoll li l-imprendituri jibdew jikkooperaw aktar bejniethom, il-Ministru Bonnici stqarr li l-kumpannija Fitwell kienet minn fost ta' l-ewwel li gharrfet il-htiega li mhux biss tirristruttura izda wkoll li tispecjalizza. Hu wera t-tama li aktar produtturi jimxu fuq l-ezempju ta' din il-kumpanija, biex permezz tal-kwalit'? kemm fil-prodott kif ukoll fis-servizz, ikunu mhux biss jistghu jsahhu l-pozizzjoni taghhom fis-suq Malti, izda wkoll ikunu jistghu jharsu lejn swieq ohra barra l-pajjiz.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow