Left arrow Mur Lura

SILTIET MINN DISKORS LI L-MINISTRU G'?ALL-AMBJENT, DR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, G'?AMEL FL-OKKAZJONI TA' L-INAWGURAZZJONI TA' SWALI GHAL KONFERENZI FL-ARMERIJA L-BIRGU, MILL-PRIM MINISTRU

PR894
Date Icon 14/06/2001

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li kien ta' pjaċir għalih li jer'a' jkun fil-Birgu, fejn il-Gvern preżenti kien qed iwettaq diversi pro'etti, fosthom pro'etti ta' restawr, biex tingħata ħajja 'dida lil din il-belt qadima u lill-Kottonera kollha.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-inawgurazzjoni ta' żew' swali għall-konferenzi fl-Armerija hu eżempju ċar ta' kif palazzi abbandunati f'dawn l-inħawi jista' jsir użu minnhom wara li ji'u restawrati. Fakkar li dan il-palazz kien abbandunat u fih ħafna ħsara sew minn barra kif ukoll minn 'ewwa. Qal li issa li qed ikun restawrat di'a nstab użu għal parti minnu, billi tnejn mis-swali kienu restawrati biex jilqgħu fihom konferenzi.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li minn mindu twaqqaf il-Pro'ett għar-Riabiltazzjoni tal-Kottonera fl-1992 sa din is-sena, se jkunu ntefqu fi pro'etti ta' restawr fil-Kottonera Lm1.4 miljun, li madwar terz minnhom marru fi pro'etti fil-Birgu. Hu qal li l-lista ta' xogħlijiet li twettqu fil-Birgu kienet waħda impressjonanti. Din kienet tinkludi xogħol ta' restawr u titjib fl-Auberge de France, fil-faċċata tad-dar tal-Papas, fil-Fortini, fiċ-Ċimiterju tal-Birgu, fil-pont ta' Triq Boffa, fix-shelters tal-gwerra. Kienu ukoll irrestawrati l-Kavallier ta' San Gakbu u l-Kavallier ta' San Gwann.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li sar titjib fid-daħla tal-Birgu li tagħti għal Triq Boffa, kien hemm toroq li kienu pavimentati bil-qawwi, sar tindif tal-Foss u l-għeluq ta' kmamar miftuħa biex tikber is-sigurta'. Twaħħlu wkoll sinjali ta' informazzjoni għat-turisti. Il-Ministru Zammit Dimech qal li fil-ħidma tiegħu, il-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent dejjem sab kollaborazzjoni u koperazzjoni mill-Kunsill Lokali tal-Birgu, li jifhem li l-ħidma li qed issir biex jissebbaħ il-Birgu hi fl-interess tar-residenti tal-lokalita', li darba tkun frekwentata aktar minn turisti u Maltin, huma wkoll ikunu jistgħu jgawdu mill-'id li jħalli t-turiżmu.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li fi żmien qasir se jibda xogħol ta' restawr fuq fortifikazzjonijiet, minbarra dawk li di'a qed jitwettqu. Qal li pro'etti oħra ta' restawr kienu jinkludu wkoll l-istatwa tal-Vitorja.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-inawgurazzjoni ta' dawn is-swali tal-konferenzi kienet l-ewwel pass lejn ir-riabiliazzjoni tal-bini kollu. Hu qal li l-Pro'ett għar-Riabiltazzjoni tal-Kottonera kienu qed jistudjaw il-possibilita' li jużaw parti minn dan il-bini biex ikun hemm Mużew tal-Kottonera, fi sforz biex it-turisti jkabbru l-interess tagħhom fl-area tal-Collachio fil-Birgu. Hu qal li espert Taljan ma jdumx ma jigi Malta biex jagħti pariri dwar din il-materja.

Fl-ahharnett, Dr. Francis Zammit Dimech awgura lill-Progett ghar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera u lill-Kunsill Lokali tal-Birgu aktar hidma b'risq il-belt taghhom u b'risq ir-residenti tal-Birgu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow