STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD DWAR L-ESPORTAZZJONI TAL-PATATA
Din is-sena gew esportati madwar 1,983 tunnellata Patata tal-varjeta` Sante` bi prezz medju ta' madwar 98 guilder Olandiz kull qantar. Dan il-prezz huwa 15% oghla mill-prezz tal-varjet'? Alpha kif inftiehem mill-amministrazzjoni precedenti li l-Onor. Noel Farrugia kien jifforma parti minnha, fuq kuntratt ta' 6,000 tunnellata bi prezz medju ta' 85 guilder Olandiz kull qantar.
Dan qalu l-Ministru ghall-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, fejn spjega li din is-sena, barra l-1,983 tunnellata Sante`, gew esportati wkoll madwar 4,128 tunnellata tal-varjeta` Alpha, totali ta' madwar 6,066 tunnellata.
Huwa qal li fil-futur immedjat ser jiltaqghu l-bdiewa, is-sensara u dawk kollha involuti fl-esportazzjoni biex jigi miftiehem, flimkien mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, l-ahjar mod kif isir il-kuntratt il-gdid tal-esportazzjoni tal-patata.
Il-Ministru Zammit temm jghid li bi shubija fl-Unjoni Ewropea, il-produzzjoni tal-patata ghall-konsum lokali tista' tibbenefika minn Special Support Measure li jikkonsisti f'importazzjoni ta' zerriegha bi prezz sussidjat bhalma jsehh f'regjuni ta' pajjizi msiehba fl-Unjoni Ewropea. Dan bl-iskop li l-bdiewa jibqghu kompetittivi.
B' kuntrast ma dan, kif iddikjarat mill-Onor. Alfred Sant fid-29 ta' April 1998, b' politika ta' Svizzera fil-Mediterran, pajjizna jkun suggett ghall-importazzjoni bla limitu ta' prodotti agrikoli, bhall-patata, bi prezzijiet li l-bdiewa ma jkunux kapaci jikkompetu maghhom, liema politika allura ser tfisser il-qerda ta' dan is-settur.
Ghaldaqstant, il-Kelliem ta' l-Oppozizzjoni, l-Onor. Noel Farrugia, ghandu pubblikament jistqarr jekk jaqbilx mal-politika tal-Kap tieghu, kif ukoll jekk fil-pjan tieghu ghal dan il-qasam hux ser jerga' jiehu eluf ta' liri dovuti lill-bdiewa mill-esportazzjoni tal-patata biex jghatti l-fallimenti fl-esportazzjoni ta' hxejjex.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN