SENTENZI TAL-QORTI ‘ON LINE'
"Din is-sena ser nintroducu firxa kontenuta ta' servizzi li permezz ta' l-e-government (gvern elettroniku) ghandhom jolqtu numru kbir ta' nies minn diversi setturi tas-socjeta u l-ekonomija. Determinati li permezz ta' dawn il-progetti, nispjegaw lill-poplu Malti x'inhuma l-beneficcji kbar ta' l-e-government, u naraw li jibda jgawdi minnhom kullhadd." Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali, l-Onor. Dr. Austin Gatt, meta kien qed ihabbar l-ewwel progett ta' l-e-Government "Is-sentenzi tal-Qorti on-Line"
Il-Ministru Gatt qal li wara li tlesta l-qafas legali u saret is-sejha ghal Strategic partnership, li attirat numru kbir ta' kumpaniji, qed jitlesta l-qafas infrastrutturali (web framework) ta' kif nistghu naghtu certu servizzi minn fuq l-internet minn din is-sena.
Is-sena l-ohra tnieda l-ewwel progett ta' servizz elettroniku – is-sistema tal-Kirjiet mill-Kunsilli Lokali – sal-bierah saru kwazi 9,000 pagament.
Il-Ministru Gatt spjega li llum, biex iggib sentenza mill-Qorti, hemm ammont kbir ta' skarigg u hela ta' hin. Permezz tas-servizz tas-sentenzi tal-Qorti on-Line, il-klijenti ser igawdu mill-eliminazzjoni ta' l-iskarigg li bil-fors trid tmur il-Belt, il-facilita' li tfittex f'repozitorji differenti minn post wiehed. Vantagg iehor huwa li titnaqqas il-hela ta' rizorsi tas-Servizz Pubbliku.
Il-klijent jiffranka l-flus li jhallas ghall-fotokopji – minn 25c kull pagna - ghal servizz b'xejn. Persuna ma jkolliex bzonn li toqghod tistenna fi kju u hafna hin. Tinqeda' minn fejn trid – mid-dar, mill-ufficcju, mill-kunsill lokali u minn internet caf'? u jinqeda' il-gurnata kollha u l-gimgha kollha (24x7) – mhux mit-8.00 a.m. sal-5.00 p.m.
Il-klijenti huma l-aktar grupp ta' nies importanti f'dan il-qasam. Ghalhekk ser iwaqqaf User Acceptance Team kompost mill-users tas-sistema:
- membri tal-Gudikatura
- ufficjali tal-Qorti
- avukati
- prokuraturi legali
- studenti tal-ligi
Dan it-team ghandu japprova d-disinn u l-operat tas-sistema. Dan hu progett li juri r-realta ta' l-Gvern elettroniku (l-eGovernment). E-Government li jipprovdi servizzi accessibbli ghal kullhadd, ikattar id-demokrazija permezz tat-tixrid ta' l-informazzjoni, inaqqas l-ispiza tal-Gvern u ghalhekk irahhas is-servizz u joffri kull sigurta' u kunfidenzjalita'.
Intant is-servizz tas-sentenzi on-line mistenni jkun offrut fuq l-internet minn Novembru li gej.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN