STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI
Id-diskussjonijiet li saru llum bejn il-Ministru tal-Edukazzjoni u l-Ministru tal-Finanzi ghan-naha tal-Gvern u l-Malta Union of Teachers (MUT) dwar il-ftehim kollettiv ghall-akkademici ta' l-Universita ta' Malta baqghu ma wasslux ghall-ftehim mixtieq. Wara siegha u kwart ta' diskussjonijiet, id-delegazzjoni tal-MUT dehrilha li ma kelliex tibqa' tiddiskuti kif kienet disposta li tibqa'taghmel, bla limitu ta' hin, id-delegazzjoni tal-Gvern. Il-fatti huma:
Meta l-MUT ressqet l-ewwel talba ghaz-zidiet fis-salarji tal-impjegati akkademici tal-Universita ta' Malta, dawn kienu ghamlu talbiet ghal zidiet qawwija. Biex ikun apprezzat dan, hawn taht ser nuru kif kienu s-salarji fl-1996, kif l-MUT talbet li jkunu mill-1997 sal-2000, u kif riedet li jkunu fis-sena 2001.
| Grad | 1996 1997-2000 2001 +% |
| Professor | 8521 16000 17000 87 |
| Associate Professor | 7821 14000 15000 79 |
| Senior Lecturer | 7321 12000 13000 64 |
| Lecturer | 6421 10500 11300 64 |
| Assistant Lecturer (Master's) 6021 | 9000 9800 49 |
| Assistant Lecturer (Bachelor's) 5621 | 8000 8900 42 |
Meta gie stmat kemm kienet ser tigi tiswa it-talba tal-MUT, irrizulta li din kienet ser tqum madwar Lm11miljun, u dan minghajr ma jigu kkunsidrati r-riperkussjonijiet li jistghu johorgu minn ftehim bhal dan.
Wara laqgha fil-Ministeru tal-Finanzi, f'April li ghadda, il-Ministeru ippropona l-offerta tieghu fl-10 t'April 2001.
L-offerta li qieghda ssir mill-Gvern hi:
| Grad | 2000 2001 |
| (kif kienu s-salarji) | (salarji proposti) |
| Professor | 8833 11880 |
| Associate Professor | 8133 10876 |
| Senior Lecturer | 7633 9872 |
| Lecturer | 6733 8837 |
| Assistant Lecturer (Master's) | 6333 7664 |
| Assistant Lecturer (Bachelor's) | 5933 7664 |
Dan ipoggi professur, per ezempju, fil-livell ta' Segretarju Permanenti f'Ministeru, l-ghola livell fic-civil f'Ministeru.
Il-Gvern qed jipproponi wkoll li l-arretrati jkunu l-istess li hadu dawk kollha koperti mill-ftehim kollettiv fis-settur pubbliku.
L-MUT ghamlet il-kontroproposti taghha fid-19 t'April 2001. Il-proposti huma:
| Grad | 2001 Arretrati Ghas-snin 1997-2000 |
| Professor | 15000 4640 |
| Associate Professor | 14000 4320 |
| Senior Lecturer | 12000 3707 |
| Lecturer | 11300 3494 |
| Assistant Lecturer (Master's) | 9000 2773 |
| Assistant Lecturer (Bachelor's) | 8600 2667 |
Wara aktar konsiderazzjoni serja u diversi diskussjonijiet interni fi hdan il-Gvern, il-Gvern baqa' jqis it-talbiet tal-Union esagerati.
Il-Gvern isostni li fl-offerta tieghu qed ikun gust u ragonevoli mal-istaff akkademiku tal-Universita. Il-Gvern jemmen li s-sitwazzjonni bl-ebda mod ma tiggustifika l-azzjoni li qed jiehdu l-akkademici li ma jiffinalizzawx ir-rizultati ta' l-ezamijiet ta' l-istudenti ta' l-Universita. Il-Gvern jibqa' l-hin kollu dispost li jkompli bin-negozjati sakemm tinstab soluzzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN