STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD
Bil-politika ta' Svizzera fil-Mediterran li tant jenfasizza dwarha l-Onor. Alfred Sant, il-qasam tal-produzzjoni tat-tjur u tal-bajd tisfaxxa fix-xejn. Dan jivverifikah l-Onor. Alfred Sant stess bid-dikjarazjoni tiegħu tad-29 t'April 1998, fejn pubblikament kien stqarr li bil-politika tiegħu ta' Żona ta' Kummerċ '?ieles f'pajjiżna jkollna importazzjoni bla rażan ta' prodotti bħal bajd u tjur bi prezzijiet tant baxxi li l-produtturi tagħna ma jkunux jistgħu jikkompetu magħhom.
Dan qalu l-Ministru għal Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, fi stqarrija fejn spjega li l-Gvern qed ifassal skema li biha r-raħħala jibdew jingħataw għajnuna għal perjodu ta' żmien biex jirran'aw u jtejbu l-operat tagħhom.
Hu tenna li l-politika tal-Gvern f'dan is-settur ser twassal għal dħul adekwat għar-raħħala, prezzijiet inqas ghall-konsumatur, kif ukoll beneficcji finanzjarji u perjodu ta' żmien bħala tranżizzjoni bl-iskop li l-industriji tat-tjur u tal-bajd jissaħħu u jaddattaw għaż-żminijiet tal-lum.
Il-Ministru Zammit kompla li b' kuntrast ta' dan, il-politika ta' l-Oppożizzjoni tfisser biss li l-istess industrija ser tisfaxxa f'daqqa meta jispiċċaw il-levies, fi ftit snin oħra, u dan nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea.
Rigward stqarrijiet simili tal-Kelliem ta' l-Oppożizzjoni, l-Onor. Noel Farrugia, il-Perit Ninu Zammit temm jgħid li l-istess Deputat ta' l- Oppożizzjoni għandu jkun serju mar-raħħala billi jistqarr pubblikament jekk hu jaqbilx mal-politika tal-partit tiegħu, kif ukoll jgħid jekk fil-pjan tiegħu għal dan is-settur hux bi ħsiebu jer'a' jdaħħal tariffi ta' l-ilma ta' madwar Lm 7 kuljum fl-irziezet tar-raħħala.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN