Left arrow Go Back

DISKORS TA' L-ONOR EDWIN VASSALLO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU G'?AS-SERVIZZI EKONOMIĊI, WAQT IL-KONFERENZA NAZZJONALI DWAR KUNĊETT TA' DISINN U PPJANAR TA' BINI INDUSTRIJALI

PR871
Date Icon 12/06/2001

Din hi laqgħa preparatorja għall-Konferenza Nazzjonali li għandna ppjanata fil-'imgħat li 'ejjin bit-tema "Design Concepts and Planning for Industrial Buildings". Nixtieq li nqiegħed l-ewwel mistoqsija lilkom parteċipanti għar-riflessjoni wara li qrajt l-ewwel kummenti mi'bura f'dan il-rapport li permezz ta' din il-laqgħa nixtieq li jkun pubbliku għal dawk kollha li jimpurtahom minn din iċ-ċirkustanza li teħtie' soluzzjoni immedjata.

Mhux nistaqsi għal soluzzjoni immedjata f'dik li hija bidla ta' policy minn xi awtorit'?, iżda bidla ta' mentalit'? minn dawk kollha li qegħdin jagħmlu parti minn din is-sitwazzjoni. '?alhekk nistaqsi lil dawk kollha kkonċernati kemm lill-awtoritajiet, periti, żviluppaturi, sidien ta' l-art u imprendituri:

"Aħna lesti li nkunu innovattivi f'dan il-qasam u kapaċi nikkompetu mal-ħtie'a ta' iżjed spazju għall-attivit'? ta' manifattura u attivit'? oħra industrijali?"

Konxju li "innovazzjoni" tfisser li rridu nkunu kapaċi nsibu soluzzjonijiet 'odda għaliex iċ-ċirkustanzi qegħdin jinbidlu. Irridu nkunu kapaċi nsibu soluzzjonijiet innovattivi 'odda, kemm tekniċi kif ukoll mil-lat finanzjarju.

Id-deċiżjonijiet meħuda fil-passat ma jistgħux jibqgħu ikunu l-preċedent għal soluzzjonijiet fil-futur u għalhekk il-Gvern:

  • qiegħed jara jekk hux vijabbli li joffri lis-suq pakkett ta' inċentivi biex iħajjru lill-privat jinvesti u jibni bini industrijali għas-settur tal-manifattura. Fiċ-ċirkustanza fejn l-art tal-Gvern kważi 'iet eżawrita kollha, illum irridu nsibu metodi 'odda ta' kif inżidu s-supply biex tirrispondi għad-demand ta' spazju għall-manifattura.

  • qiegħed jaħdem ukoll biex jara x'attivit'? semi-industrijali jew industrijali nistgħu nippermettu fil-komunit'? mingħajr ma jinħoloq inkonvenjent għall-'irien.

  • qiegħed iqanqal f'pajjiżna eżerċizzju ta' ħsieb biex flimkien mal-proċess ta' riċerka li qiegħdha ssir, joffri soluzzjonijiet prattiċi u innovattivi f'dak li huwa kunċett ta' disinn fil-bini ta' żoni industrijali u kummerċjali 'odda. Il-konferenza tixhed din il-ħidma.

  • l-M.D.C. qed taħdem biex tara li l-ispazju industrijali li di''? qiegħed fis-suq ikun użat tajjeb u għall-fini li għalih jkun ingħata. Hekk ukoll qeghdha tassigura li kull investiment barrani jkollu l-opportunit'? fejn jista' jaħdem.

  • qiegħed jara li '?al-Luqa Industrial Estate jitlesta mill-bini tiegħu.

  • qiegħed ibiddel il-poliċy tiegħu fejn ma jibqax joffri l-art b'65 sena ċens lill-imprenditur u dan bl-ispiża kemm tal-bini kif ukoll ta' xiri ta' l-apparat li permezz tiegħu irid jaħdem l-imprenditur.

  • ħoloq l-opportunit'? li jgħin b'inċentivi finanzjarji għal spazju industrijali permezz tal-Business Promotion Act. Hawn għad baqa' iktar ħidma x'issir biex dan il-prinċipju jkun jista' jsir realt'? fis-suq. Bil-pubblikazzjoni ta' l-avviz legali fil-futur qarib, perswaz li iżjed ser isir magħruf fuq dawn l-inċentivi.

  • qiegħed jippjana li joffri spazju għall-użu industrijali fuq bażi ta' kiri għal żmien relattivament iqsar u dan jista' jservi tajjeb għas-settur tas-servizzi.

  • l-Awtorit'? ser toffri diversi skemi u persważ li bħala organizzazzjoni tista' toffrilna soluzzjonijiet għal din il-problema.

  • Beda proċess biex iwassal l-iżjed servizzi essenzjali f'żoni industrijali bħalma huma tal-'?andaq, l-Imrieħel u '?aż-Żebbu' f'dak li huwa għoti ta' tarmac, servizz ta' l-ilma, drana'' fejn ma hemmx u elettriku. Inbnew diversi sub-stations f'diversi Industrial Estates privati biex tkun imsaħħa l-provvista ta' l-elettriku. Hekk ukoll il-ħidma biex f'Industrial Estates privati nwasslu servizz ta' drana''.

Qiegħed isir ħafna, iżda dan mhux biżżejjed.

Dan kollu jixhed ħidma konkreta u reali. Żgur li ma huwiex biżżejjed biex inkunu kapaċi naraw lil dawk kollha li jitolbu spazju industrijali narawhom jinqdew. Il-mira tagħna lkoll f'din il-ħidma hija mmirata li naraw il-ħolqien ta' iżjed impjiegi u għalhekk inkunu kapaċi nkattru l-'id li dan il-pajjiż qiegħed joħloq.

Fil-kisba ta' soluzzjoni għal din il-problema, rridu nargħfu li qegħdin ni''ieldu kontra l-ħin. Iżjed ma ndumu biex noħor'u b'soluzzjonijiet, iżjed qegħdin jintilfu opportunitajiet ta' impjiegi 'odda.

Meta nħares lejn dan ir-rapport nara stampa ċara ta' x'inhija s-sitwazzjoni mill-aspett ta' min qiegħed jikkummenta.

Mill-kummenti ta' l-I.P.S.E. nixtieq li nirreferi għal dawn il-punti:

  • Nuqqas ta' art għall-fini industrijali, u jekk aħniex nużaw bl-aħjar mod l-art di''? żviluppata,

  • '?ad għandna min jahseb li restructuring tfisser li jkollu aktar spazju industrijali li jissarraf f'fabbriki akbar.

  • Il-proċeduri ta' kif ikun allokat l-ispazju industrijali,

  • Il-propretarji ta' l-art industrijali humiex mmotivati biex ibiegħu l-art għal skopijiet industrijali.

Ir-risposta jiena ngħid hija le, għaliex il-prezz ta' l-art tal-Gvern huwa irħas ikkomparat ma' tal-privat. Iżda llum wara sentejn fejn naqset ħafna l-allokazzjoni ta' art mill-M.D.C., għaliex xorta waħda il-propretarji ma għażlux li jbiegħu l-art għal fini industrijali.

Mid-dokument ta' l-M.D.C. nixtieq nirreferi għal dawn il-kummenti:

  • L-art industrijali tista' tkun ikkunsidrata bħala skarsa

  • Kważi l-Industrial Estates kollha huma mimlija u ma baqax post għal iżjed fabbriki

Mill-kummenti tac-Chamber of Architects and Civil Engineers, nixtieq li nirrimarka dwar dawn il-punti:

  • Il-fatt li l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar qed tgħid li hemm madwar 250 tommna ta' art fi schemed areas, iżda dan ma jfissirx li dawn huma kollha disponibbli fis-suq.

  • '?all-fini ta' dan ir-rapport qegħdin nikkonċentraw iżjed fuq il-ħtie'a tan-negozji żgħir

  • '?afna imprendituri kellhom jispiċċaw jaħdmu f'bini u strutturi llegali

  • Il-ħtie'a tat-toroq adekwati minn fejn jgħaddu vetturi akbar u bi spazji ta' parking.

  • '?andniex nippermettu li art tkun żviluppata fi ħwienet kbar f'żona ddikjarata bħala żona tajba għall-industrija.

  • '?andniex inkunu aktar flessibli fl-għażla ta' l-iskemi li minnflok kull 10 snin ir-reviżjoni ssir kull 5 snin.

Mid-dokument tal-Malta Chamber of Planning nixtieq nirreferi għal dawn il-konkluzjonijiet:

  • Din is-sitwazzjoni akkumulat għal dik li hija llum għaliex f'pajjiżna dejjem kellna nieqsa l-kultura ta' l-ippjanar.

  • '?andna bżonn li nippjanaw din l-industrija.

  • L-ippjanar għandu jkun parti minn din l-industrija.

  • L-ippjanar għandhu jkun mifrux iżjed mill-Awtorit'? ta' l-Ippjanar, il-kunċett ta' Planning beyond the Planning Authority.

Mid-dokument ta' l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar nixtieq nirreferi għal dawn il-kummenti:

  • Il-kunċett ta' disinn tal-bini industrijali f'Tal-'?andaq ħafna drabi huwa fqir, fejn ħafna drabi l-kriterji ta' ppjanar huma nieqsa.

  • '?afna mill-bini ma jkunx mibni bi ħsieb speċifiku.

Il-kummenti komuni f'dan il-'abra ta' dokumenti jixhdu li f'dan il-qasam għandna diversi problemi. Forsi problemi li kollha huma riżultat ta' nuqqas ta' ppjanar u li jistgħu jfissru wkoll li forsi jeħtie' li nirrevedu l-work practices tagħna, aħna minn aħna.

Naħseb li s-soluzzjoni tfsser li ma jistax jibqa' jgħaddi kollox.

Irridu nsibu mezz kif min għandu l-art jagħmel il-flus.

Irridu naraw li min għandu l-art, jiżviluppaha u jikri l-isapzju bi prezz ra'jonevoli u jdaħħal f'dik l-art l-aktar units industrijali li jista'.

Żgur għandna problema fejn l-prezz ta' l-art huwa għoli wisq.

Jidhirli li s'issa dan ir-rapport filwaqt li jikxef il-problema ma jħarisx lejn kif nistgħu nsibu soluzzjonijiet. '?adna ma rajniex kif nistgħu nesploraw soluzzjonijiet innovattivi u prattiċi.

Nipproponi li din il-konferenza ta' llum tasal li titratta proprju kif ser naslu li nkunu kapaċi nipprovdu eżempji innovattivi fil-kunċett ta' disinn' tal-bini li juri kif periti jkunu jistgħu jibdew jaħsbu kif ser jibnu u jużaw l-isapzju aħjar biex jidħlu l-aktar numru ta‘ operaturi mingħajr ma nippre'udikaw is-sigurt'? u s-saħħa ta' l-istess operaturi. Dan kollu mbagħad ikun akkumpanjat ma' miżuri finanzjarji li jassiguraw l-profitt għal sid l-art u l-iżviluppatur ta' dik l-art.

'?alhekk nixtieq li niddiskuti dawn is-su''erimenti biex fil-Konferenza Nazzjonali li tkun miftuħa kemm għal Periti u Civil Engineers, ikollna wkoll żviluppaturi li għad jista' jkollhom potenzjal li jixtru, jbiegħu jew jibnu żoni indusrijali. F'din il-konferenza rridu nkunu kapaċi nipprovdu ideat prattiċi ta' kif nistgħu nibnu u nbiegħu bi qliegħ spazju industrijali.

'?alhekk nipproponi mudell fejn isir eżerċizzju ta' simulazzjoni minn żew' kumitati fuq tfassil ta' bini industrijali mifrux fuq numru ta' sulari u medda ta' art li realment teżisti. Prattikament dan il-pro'ett jitressaq lill-Awtorit'? ta' l-Ippjanar u naraw kif ji'i evalwat u fuq liema premessi jittieħdu l-miżuri.

Irridu niddiskutu kif il-Konferenza Nazzjonali fiha nnifisha tkun ukoll innovazzjoni u kapaċi tattira lil min huwa nteressat biex realment jara kif fil-prattika jista' jagħmel negozju bi qliegħ fuq medda ta' art li tinbena fuqa żona industrijali, jikri jew ibiegħ skond kif jaqbillu u dan kollu bi prezz ra'jonevoli għal min ser jixtri jew ibiegħ dak l-ispazju.

Kull proposta għandha tipprovdi opportunit'? ta' spazju industrijali f'negozju li hu vijabbli. M'aħniex nitkellmu dwar kif ser nagħmlu karit'? izda ta' kif ser naslu li nkunu innovattivi biex nikkompetu mar-realt'? tal-ħtie'a ta' spazju industrijali.

Nixtieq ukoll li jkollna l-opportunit'? li niddiskutu l-vijabbilit'? tal-proposta li għal żoni industrijali privati li għadhom mhux mibnija jinħare' Development Brief mill-Awtorit'? ta' l-Ippjanar li jagħti direzzjoni kif jista' jsir bini u għal liema fini għandu jsir dak il-bini industrijali.

Grazzi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow