Left arrow Mur Lura

DISKORS TA' L-ONOR. JESMOND MUGLIETT, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI, WAQT IL-KONFERENZA STAMPA ‘SPONSORSHIP – SWIMMING PROMOTION UNIT AND SPORTS FOR ALL' – MAIN HALL TAL-PIXXINA NAZZJONALI, GZIRA

PR864
Date Icon 11/06/2001

F'dawn il-granet sbieh wara r-rizultati pozittivi miksuba fil-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar f'San Marino, kellna hafna diskors fuq success jew titjib fl-isports. Titjieb li f'mohh dawk li jkunu qeghdin jiddibattu, jitkejjel mir-rebh ta' midalji u mill-ksur tar-rekords.

L-akbar kejl ta' success fl-isport huwa n-numru ta' persuni f'socjet'? partikolari li jipprattikaw xi dixxiplina Sportiva – il-partecipazzjoni fl-isport. Meta jsiru argumenti li jikkritikaw il-pozizzjoni ta' Malta fir-rebh totali ta' Midalji meta mqabbel ma' pajjizi izghar bhall-Islanda, wiehed irid izomm f'mohhu r-rata gholja li ghandna f'Malta.

Hija prijorit'? ta' dan il-Gvern li jgholli ir-rata ta' partecipazzjoni tal-popolazzjoni Maltija fl-isport. Wiehed mill-mezzi kif dan jista' jintlahaq huwa permezz tal-popolarizzazzjoni ta' l-isport – li jintlahaq attivitajiet tal-massa, li jattira persuni li mhux normalment attivi. L-ahjar organizzazzjoni li tista' twassal ghal dan huwa l-Kumitat ‘Sport for All'.

Kumitat li kellu diversi tentattivi sporadici fil-passat, imma li issa qieghed jiehu sura permanenti.

Fis-sura prezenti tieghu dan il-Kumitat dig'?

  • Organizza diversi attivitajiet sportivi
  • Organizza programmi fl-irhula u l-bliet differenti bi shubija ma' Kunsilli Lokali
  • Organizza korsijiet ghal trainers
  • Affilja ruhhu mal-FISpT

Hija x-xewqa ta' dan il-kumitat li jkompli jifrex il-hidma tieghu. Sabiex jidentifika fejn hemm nuqqas ta' opportunitajiet ghall-attivita sportiva u johloqhom. Fil-hidma tieghu jingagga diversi koordinaturi, parttime, hafna minnhom ghalliema tal-Edukazzjoni Fizika li jwettqu din il-hidma.

Il-limitu ta' x'nistghu naghmlu f'dan il-kamp huwa biss il-mezzi, u l-budget. Kien ghalhekk li fittixna sponsor ghal dan il-programm sabiex kemm jista' jkun ma jkollniex idejat ta' x'nistghu naghmlu aktar u minhabba n-nuqqas ta' mezzi ma naghmluhomx. Il-Maltacom kienu generuzi u gharfu l-importanza ta' dan il-programm.

Il-programm ‘Sport for All' minbarra li hu process ta popolarizazzjoni tal-isport huwa ukoll programm ghall-izvilupp tal-isport ghax filwaqt li jressaq aktar nies sabiex ikunu attivi sportivament, iwassal sabiex xi whud ikomplu jitharrgu b'mod aktar professjonali.

Ghal dawk li jridu tahrig iffukat jehtiegu programmi ohra. Wiehed min nuqqasijiet li kienu identifikati kien in-nuqqas ta' tfal li kienu qeghdin jiehdu l-ghawm bis-serjeta'. Inizjattiva li hadna xi sena u nofs ilu kienet li rgajna tajna l-hajja u struttura soda lill-‘Swimming Promotions Unit' fi hdan il-Pixxina Nazzjonali.

Dan il-Unit li ghandu bord kompost minn nies fl-ASA u l-pixxina jwettaq hidma full time permezz tal-kowc Nazzjonali tal-Ghawm, Koordinatrici li hija ghalliema tal-PE, u part time instructors. Kull filghodu mijiet ta' tfal minn diversi skejjel jingiebu f'din il-pixxina sabiex jinghataw korsijiet bazici fl-ghawm. Dawk it-tfal li jippromettu dahhalnihom fi programm ta' wara nofs in-nhar.

Nixtiequ ninvestu aktar f'dan il-programm, nofru transport ghall-programm ta' wara nofs in-nhar, naghtu lit-tfal opportunitajiet ta' training camps barra minn Malta. Huwa ta' sodisfazzjon li dan il-programm diga' qieghed ikollu success. Jekk Malta trid li jkollha kultura ta' ghawm professjonali – dan huwa l-unika mod kif nistghu naslu.

Nirringrazzja lill-Maltacom talli gharfu wkoll is-siwi ta' dan il-programm u estendew spronsorship generuz. Sponsorship li zgur ser ikollu hafna frott fil-futur.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow