Left arrow Go Back

DISKORS TA' L-ONOR. AUSTIN GATT, MINISTRU G'?ALL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI, F'EG'?LUQ IL-LAQG'?A TAS-SINDKI FIL-LUKANDA JERMA, MARSASKALA

PR860
Date Icon 08/06/2001

Sinjuri Sindki,

'?al darb'oħra nirringrazzjakom ta' l-invit tagħkom li jtini l-opportunita` m'hux biss niltaqa' magħkom iżda wkoll li nagħti ħarsa fuq fuq lejn f'hiex waslu l-inizjattivi tal-Ministeru tiegħi.

Kif di'a` smajtu, illum stajna nirrappurtaw li t-tħejjijiet għad-devoluzzjoni tad-dwal tat-toroq issa waslu biex jingħalqu. Il-lo'ika ta' kif inhi organizzata u mibnija l-infrastruttura tat-tqassim tad-dawl qatt ma kienet maħsuba għal tmexxija lokali u rriżulta aktar kumplikat milli ħsibna li wieħed jorganizza lo'ika 'dida li titħaddem bla kumplikazzjonijiet żejda u b'vanta'' għar-residenti.

Bħad-devoluzzjonijiet l-oħrajn kollha, l-għan tagħna hu li l-pubbliku jinqeda' aħjar. Ir-riżorsi ta' pajjiżna ser jibqgħu li kienu, kemm jekk id-dawl tmexxih l-Enemalta, kif ukoll jekk imexxih il-Kunsill Lokali. '?add m'għandu jaħseb li issa li l-Kunsilli Lokali għandhom ir-responsabbilta` u l-fondi biex jieħdu ħsieb id-dawl, il-problemi kollha ser jispiċċaw u kull triq mudlama ser tixgħel minn nhar għal lejl.

Fost ix-xogħol li sar f'dawn l-aħħar xhur kien hemm it-tlestija ta' dokumentazzjoni teknika li ħejjew l-esperti ta' l-Enemalta biex jiggwidaw lill-Kunsilli u lill-kuntratturi tagħhom fl-istandards ta' kwalita` u sigurta` li qabel ma kienux miktuba. Dawn l-istandards ser jibqgħu jirregolaw il-provvista ta' dawl pubbliku u f'ħafna aspetti ser itejjbu s-servizz.

Fil-pro'ett tad-devoluzzjoni tad-dawl, bħal fil-pro'ett tal-Gwardjani qablu, m'hux ser ikun jagħmel sens li kull Kunsill jaħdem għal rasu għax l-ispejjeż jogħlew u l-effiċjenza tonqos. Ser ikun hemm bżonn li Kunsilli 'irien jaħdmu flimkien għall-'id taċ-ċittadini tar-re'jun tagħhom. Ċertament m'hemmx bżonn id-deċiżjonijiet kontinwi meħuda fi grupp li jeħtie' l-infurzar lokali, iżda l-koperazzjoni bejn il-'irien ser tkun waħda miċ-ċwievet biex dan il-pro'ett jirxnexxi.

Sfortunatament l-esperjenza ta' l-infurzar lokali ma kinitx l-aħjar bidu għall-esperimenti fuq bażi ta' re'jun. '?alkemm dan ma jgħoddx għal kull grupp, xi gruppi kellhom 'irien anqas komdi minn oħrajn. L-analiżi finanzjarja ta' l-infurzar lokali li saret dan l-aħħar turi li kull grupp kellu dħul biż-żejjed m'nejn iħallas kull sold li nefaq biex jinforza l-li'i. Minkejja dan, il-membri tal-gruppi qassmu 'idhom kif dehrilhom huma u kull appell li għamilt għas-solidarjeta` kien injorat.

Dawn id-dettalji tat-tmexxijja ta' l-infurzar lokali tellfu xi ftit l-attenzjoni mill-għalfejn ta' dan il-pro'ett. Mit-twaqqif tagħhom, il-Kunsilli Lokali rrappurtaw lill-Gvern il-fatt li ma kienux sodisfatti bil-preżenza tal-Pulizija u n-nuqqas t'infurzar ta' kontravenzjonijiet hekk imsejjħa żgħar, li anke jekk żgħar joħolqu skomdu u j'eddu d-dehera żdingata taż-żoni mibnija u tal-kampanja tagħna.

Il-Pulizija trid tikkonċentra r-riżorsi tagħha fuq prioritajiet ogħla minbarra li l-infurzar ta' kontravenzjonijiet żgħar, l-aktar tat-traffiku, kien imsallab bl-ineffiċjenza. Dawn iż-żew' problemi kienu l-ħsieb wara t-twaqqif tal-Gwardjani Lokali. Fi żmien ftit xhur mit-twaqqif tagħhom dawn il-problemi kważi ntesew għal kollox, għall-anqas il-kaos fl-ipparkjar u fit-traffiku. Dan għandu jkun rikonoxxut ukoll.

Naf li llum iddiskutejtu mozzjoni li ressqu l-Floriana u Birżebbu'a. Sfortunatament għal darb'oħra saret il-konfużjoni bejn dak li hu dritt tassew u dak li hu imma'inat li hu dritt. Hu dritt il-Kunsilli li ma jħaddmux huma lill-Gwardjani Lokali, għalkemm hi kontradizzjoni li fl-istess ħin tgħid li l-Kunsilli huma fl-aħjar pożizzjoni li jħaddmuhom. Iżda ebda Kunsill m'għandu dritt iqum fil-għodu u jiddeċiedi li fil-lokalita` tiegħu il-li'i ma tkunx infurzata u joħolqu repubbliki fejn il-li'i tal-pajjiż ma tkunx tgħodd.

Il-mozzjoni li ddiskutejtu llum għamlet konfużjoni sfortunata bejn awtonomija u anarkija. Il-politika tal-Gvern – u nifhem li hi wkoll il-politika ta' l-Oppożizzjoni – hi li kontravenzjonijiet żgħar ikunu dipenalizzati, ji'ifieri li ma jitqisux bħalli atti kriminali. Li għalhekk dawn il-kontravenzjonijiet m'għandhomx bżonn l-attenzjoni tal-Pulizija u tal-Qrati tal-Ma'istrati. Li dawn il-każi għandhom ikunu infurzati minn Gwardjani Lokali u fejn hemm bżonn jinstemgħu minn Tribunal immexxi minn Kummissarju għall-Ġustizzja. Din il-politika tgħodd għall-Malta kollha. '?alhekk min f'pajjiżna hu responsabbli li jinforza l-li'i, minbarra l-Kunsilli Lokali, m'għandux għażla għajr li jaħdem f'dawn il-lokalitajiet permezz tal-Gwardjani Lokali.

Mozzjoni oħra li kellkom quddiemkom illum irrikonoxxiet l-iżvilupp kostituzzjonali u demokratiku li ra pajjiżna xi xhur ilu meta l-kunċett tal-Gvern Lokali 'ie inkorporat fil-Kostituzzjoni darba għal dejjem. Fuq l-importanza ta' dan l-iżvilupp intqal ħafna u għalhekk ma rridx intawwal, ħlief biex ninnota l-qbil wiesgħa li hawn illum f'pajjiżna dwar il-Gvern Lokali.

Irrid insemmi wkoll l-inzijattiva tal-Gvern li jfittex il-qbil ta' l-Oppożizzjoni dwar politika miftiehma fuq x'għandu ji'ri meta Kunsill jonfoq flus pubbliċi b'mod li jaqa' f'defiċit. L'hinn mir-retorika ta' qabel l-elezzjoni kemm jien kif ukoll sieħbi l-Onorevoli Charles Mangion impenjati biex insaħħu l-kunċett u l-awtonomija ta' Gvern Lokali wara li nesi'u t-tmexxijja serja tiegħu. Dan il-bilanċ delikat jistrieħ bil-fors fuq ftehim wiesgħa. Hu għalhekk li xi 'imgħat ilu ressaqt lill-Onorevoli Mangion xi proposti tal-Kabinett dwar kif nistgħu nitrattaw il-problema tad-defiċit. Il-ħsieb hu li meta nersqu quddiem il-Kumitat tal-Parlament dwar il-Kontijiet Pubbliċi, nressquh flimkien.

Il-kwistjoni tad-defiċit hi aspett wieħed biss mill-ħsibijiet li jridu jsiru biex inqiegħdu l-Gvern Lokali fuq sisien aktar sodi. L-inizjattivi li ħa l-Gvern f'dan il-qasam tul dawn is-snin, u l-inizjattivi li ħadu l-Kunsilli stess, żiedu x-xogħol tal-Kunsilli li kif għidt qabel għamlu ħafna bil-ftit. Iżda hemm limitu kemm tista' ''ebbed il-ftit li jkollok u dan nirrikonoxxuh.

Bħal dejjem nagħlaq bil-viżjoni. Ma tridx għerf biex tinduna li matul is-snin li 'ejjin ser ikollna bidla kbira fl-ekonomija u s-soċjeta` Maltija. Din il-bidla tirnexxi biss jekk il-Gvern bi sħab mas-settur privat, jaħdem biex jikseb soċjeta` u ekonomija msejsa fuq l-informazzjoni. F'Malta rridu naraw

  • titjib fis-servizz li l-Gvern jagħti lill-pubbliku,
  • fl-aċċess għall-informazzjoni u għall-edukazzjoni miftuħa għal kulħadd,
  • f'ekonomija akbar li titgawda minn kulħadd,
  • fejn il-komunikazzjoni tkun effiċċjenti u li toqgħod f'but kulħadd.

Biex nilħqu dawn l-ambizzjonijiet irridu wkoll sħubija mal-Gvern Lokali.

Fil-pro'ett ta' l-eGovernment, il-Kunsilli Lokali għandhom it-talent li għandna bżonn biex ma noħolqux firdiet 'odda bejn min għandu aċċess għall-informazzjoni u min ma jafx fejn isibha. Is-servizz wiċċ imb'wiċċ ma min jeħtie'u m'għandux jintesa u ħadd ma jaf jipprovdih aħjar mill-Kunsilli Lokali. It-teknolo'ija ser tkattar aktar id-demokrazija f'pajjiżna u s-sisien tagħha jridu jkunu l-Kunsilli Lokali.

It-tieni aspett tal-viżjoni tagħna hi ħidmet il-Kunsilli Lokali fl-oqsma soċjali. Fil-Konferenza Nazzjonali ta' Marzu li għadda, deher ċar li għandkom ix-xewqa li tagħtu kontribut biex tassiguraw li fil-bliet u r-rħula tagħna, ħadd ma jibqa' lura. S'issa iżda, għad ma sibniex kif nibnu strutturi siewja biex din ix-xewqa tinbidel f'impenn u tagħti l-frott.

L-inizjattivi li ttieħdu s'issa fil-qasam soċjali kienu sporadiċi u m'hux wisq ko-ordinati. Xorta, m'hemmx dubju, swew ta' 'id għal dawk li gawdew minnhom. Iżd'issa, irridu nsibu kif flimkien, Kunsilli Lokali, l-A'enziji tal-Gvern u l-'?aqdiet Mhux Governattivi li jaħdmu f'dan is-settur jistgħu jikkoperaw fi strutturi sostnuti għal għajnuna li tkun aktar ta' min joqgħod fuqha.

U dan joħodni għat-tielet aspett tal-viżjoni tagħna għall-futur tal-Gvern Lokali. Irridu nagħtu sens aktar għall-esperimenti li għamilna fil-koperazzjoni bejn il-lokalitajiet 'irien u fil-ħidma flimkien bejn Gvern ċentrali u Kunsilli Lokali. X'imkien fin-nofs irid ikollna l-istrutturi re'jonali li armati tassew iwasslu għal servizz aħjar liċ-ċittadini tagħna. '?ad hemm ħafna servizzi konċentrati fl-idejn marbuta tal-burokrazija ċentrali li jekk meħlusa jingħataw irħas u aħjar. L-istrutturi ta' Gvern fuq livell ta' re'juni jagħtu daqqa t'id oħra biex titjieb il-kwalita` tal-ħajja tal-Maltin.

Grazzi ħafna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow