Left arrow Mur Lura

PUNTI MINN DISKORS LI L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU G'?ALL-AMBJENT, G'?AMEL META ŻAR XOG'?OL TA' TINDIF LI QED ISIR F''?AL FAR

PR857
Date Icon 08/06/2001

It-tindif jiswa miljuni ta' liri ta' flus il-poplu

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li żjarat bħal dawn fejn ikun qed isir it-tindif ma jsirux biex il-Ministeru juri x'qed jagħmel iżda biex il-poplu jkun konxju li t-tindif jiswa l-flus u li dawn il-flus qed joħro'hom kull wieħed u waħda minnha għaliex hawn min huwa irresponsabbli u qed iħamme'.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li din il-parti ta' '?al Far hi ffrekwentata minn eluf ta' Maltin li speċjalment fil-'?dud u l-festi jqattgħu fiha sigħat ta' mistrieħ. Qal li ftit ftit dawn l-inħawi inbidlu f'post fejn nies irresponsabbli iddepositaw skart goff li apparti milli kerraħ il-post bidluh f'miżbla. Il-Ministru fakkar li ftit 'il bogħod minn '?al Far hemm il-Fortizza ta' Bengħajsa u Għar '?assan minn fejn riċentament ħaddiema mill-Unit għall-Ambjent Nadif fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent neħħew 150 trakk ta' skart biex re'għu taw lill-inħawi dehra ta' indafa.

L-Onor. Francis Zammit Dimech qal li minn '?al Far ħaddiema mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi neħħew 56 trakk, jew 1,700 tunnellata ta' skart. Qal li f'din l-operazzjoni ntuzaw żew' gafef u ħames trakkijiet b'nefqa ta' madwar Lm3,000. Hu qal li dawn huma flus il-poplu li setgħu faċilment intefqu għal skopijiet oħra. Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li t-tindif u l-'bir ta' l-iskart f'Malta jiswa lill-Gvern miljuni ta' liri fis-sena.

Il-Ministru ghall-Ambjent qal li fil-pajjiż għad hawn minoranza ta' nies li lesti jħamm'u barra djarħom biex ma jagħmlux użu mill-mezzi li hawn għall-'bir u disponiment ta' l-iskart. Qal li dawn huma nies irresponsabbli li qed jagħmlu ħsara kbira lill-ambjent u lill-pajjiż.

L-Onor. Francis Zammit Dimech qal li għal dawn l-aħħar sentejn il-Ministeru organizza kampanja regolari u kontinwa ta' tindif u ta' tisbiħ tal-pajjiż. Tenna li din iżda ma tkun tfisser xejn jekk ma jkunx hemm il-koperazzjoni ta' kulħadd.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech re'a' fakkar li l-Ministeru għall-Ambjent kien qed igħin lil diversi kunsilli lokali fit-tindif billi jidħol sħab magħhom fi pro'etti ta' tindif. Qal li l-Mnisteru għall-Ambjent kien ppreparat li jkomplijagħti din l-għajnuna iżda ma setax ikun li lokalitajiet li jitnaddfu, ftit tal-jiem wara jer'għu jispiċċaw fl-istat li kienu. Qal li kien importanti li wara li jsir it-tindif il-Kunsilli Lokali jassiguraw li l-post jinżamm nadif billi jkun hemm l-infurzar tal-li'ijiet.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li filwaqt li l-Gvern kien qed joffri l-infrastruttura kollha meħtie'a biex il-pajjiż jinżamm nadif, filwaqt li l-Ministeru għall-Ambjent kien kontinwament isib mezzi 'odda biex jiffacilita' id-disponiment ta' l-iskart, filwaqt li l-Ministeru po''a għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-freephone 0800 772202 biex setgħu jsiru rapporti dwar min ikun qed jiddisponi minn skart b'mod illegali, ried ikun il-poplu li b'sens ċiviku jżomm il-pajjiż nadif u ma jħallix min iħamm'u.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li għalkemm kien sar ħafna progress fiż-żamma ta' l-indafa f'pajjiżna kien għad baqgħalna biex ngħidu li għamilna biżżejjed. Hu appella biex kulħadd ikun aktar konxju mill-indafa. Qal li jekk ta' l-inqas nibdew billi ma narmu xejn mill-karrozzi waqt li nkunu qed insuqu, jew waqt li nieqfu ħdejn it-traffic lights, nkunu di'a` għamilna pass importanti u pożittiv lejn li nżommu Malta nadifa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow