STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD
L-industrija tal-majjal f'pajjizna tisfaxxa fix-xejn kemm-il darba tigi mhaddma l-politika ta' l-Oppozizzjoni ta' Svizzera fil-Mediterran peress li din il-politika tal-Partit ta' l-Oppozizzjoni ma tipprovdix l-ghajnuna finanzjarja mehtiega ghat-tishih b'mod efficjenti ta' l-istess industrija.
Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, fejn spjega li l-Gvern qieghed ifassal skema li huwa ppjanat li tigi fis-sehh is-sena d-diehla, li biha r-rahhala jibdew jinghataw ghajnuna ghal perjodu ta' zmien sabiex jirrangaw u jtejbu l-operat taghhom. Dan ghandu jwassal ukoll biex il-mara tad-dar tibda thallas prezz inqas ghall-prodott li tixtri.
Ghaldaqstant, il-politika tal-Gvern ghal dan is-settur ser twassal ghal dhul adekwat ghar-rahhala, prezzijiet inqas ghall-konsumatur, kif ukoll beneficcji finanzjarji u perjodu ta' zmien bl-iskop li l-industrija tal-majjal tissahhah u taddatta ghaz-zminijiet tal-lum.
B' kuntrast ta' dan, il-politika tal-Partit ta' l-Oppozizzjoni li tant jenfasizza l-Onor. Noel Farrugia, tfisser biss li l-istess industrija ser tisfaxxa f'daqqa meta jispiccaw il-levies, fi ftit snin ohra, u dan nidhlu jew ma nidhlux fl-Unjoni Ewropea.
Huwa kompla jghid li skond id-dikjarazzjoni ta' l-Onor. Alfred Sant tad-29 ta' April 1998, b'politika ta' Svizzera fil-Mediterran ser ikollna importazzjoni ta' prodotti bhall-majjal u z-zalzett bi prezzijiet tant baxxi li r-rahhala taghna ma jkunux jistghu jikkompetu maghhom.
Il-Perit Ninu Zammit temm jghid li l-Onor. Noel Farrugia ghandu ghallinqas jkun serju mar-rahhala billi jistqarr pubblikament jekk hu jaqbilx mal-politika tal-Partit tieghu, kif ukoll jghid jekk fil-pjan tieghu ghal dan is-settur hux bi hsiebu jerga' jdahhal tariffi ta' l-ilma ta' madwar Lm 7 kuljum fl-irziezet tar-rahhala.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN