Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD: "IL-BIEDJA TIBBENEFIKA BI SHUBIJA FL-UNJONI EWROPEA"

PR839
Date Icon 05/06/2001

Fin-negozjati ghas-shubija fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern ser jinsisti ghall-pakkett specjali dwar il-Biedja.

Dan il-pakkett ser jinkludi dak maghruf bhala Special Supply Measures u bhala Special Support Measures. Dan ser isir bil-ghan li l-bdiewa u r-rahhala taghna jibbenifikaw minn fondi finanzjarja halli jkollhom dhul adekwat, kif ukoll biex il-prezzijiet ta' certi prodotti ghall-komsum lokali, bhac-cereali, zokkor, prodotti tal-laham, prodotti tac-canga, ecc., jinzammu f'livell li l-konsumatur Malti facilment ikun jista` jlahhaq maghhom.

Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit b'riferenza ghal stqarrijiet infondati li kontinwament johrog bihom il-kelliem Socjalista, l-Onor. Noel Farrugia. Huwa kompla jghid li skond id-dikjarazzjoni ta' l-Onor Dr. Alfred Sant tad-29 ta' April 1998, bil-politika tieghu ta' Svizzera fil-Mediterran, pajjizna jkollu mportazzjoni bla limitu ta' prodotti agrikoli, bhal bajd u l-halib, bi prezzijiet tant baxxi li l-bdiewa u r-rahhala taghna ma jkunux jistghu jikkompetu maghhom, liema politika ovvjament tfisser il-qerda tas-settur agrikolu!

Il-Ministru tal-Agrikoltura u Sajd temm jghid li l-Onor. Farrugia ghandu pubblikament jistqarr jekk jaqbilx mal-kap tieghu, dwar il-biedja jekk verament irid ikun kredibbli mal-poplu !

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow