MINA GDIDA GHAT-TISHIH TAD-DISTRIBUZZJONI TA' L-ELETTRIKU
Il-Korporazzjoni Enemalta tinsab ghaddejja b'hidma kbira bl-iskop li tkompli ssahhah is-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-elettriku. Din il-hidma tinkludi:
it-thaffir ta' mina bejn il-power station ta' Delimara u l-Marsa, ghat-tqeghid ta' cables li permezz taghhom l-energija li tipproduci din il-power station tkun tista' tinfirex f'diversi lokalitajiet,
il-bini ta' centri godda ta' distribuzzjoni, u
t-tqeghid ta' cable iehor bejn Malta u Ghawdex.
Dan qalu l-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici Josef Bonnici waqt zjara li ghamel fil-mina li qed tithaffer minn hdejn il-power station ta' Delimara sac-centru ta' distribuzzjoni tal-Marsa, li jinsab fiz-zona industrijali, vicin il-post maghruf bhala c-Centru ghat-Tfigh ta' l-Iskart (Refuse Disposal Centre).
Din il-mina, li se tkun twila tmien kilometri, se tintuza biex fiha jitqeghdu cables tal-132kV, li se jgorru kwantit'? sostanzjali ta' energija elettrika mill-power station ta' Delimara lejn ic-centru ta' Malta, minfejn tkun tista' titqassam ghal diversi lokalitajiet ohra. Diga' thaffru 600 metru minn din il-mina, li se tigi tiswa madwar Lm2 miljun.
Il-Ministru Bonnici fakkar fl-investiment qawwi li sar fil-qasam ta' l-elettriku f'dawn l-ahhar 13-il sena, biex jissahhu kemm il-provvista kif ukoll id-distribuzzjoni ta' l-elettriku. Hu qal li kieku ma sarx dan l-investiment u kieku ma nbnietx il-power station il-gdida, zgur li pajjizna ma kienx ikun f'posizzjoni li jizviluppa ekonomikament, u zgur li l-poplu Malti ma setax jilhaq il-livell ta' hajja li qed jghix illum. Hu zied jghid li bil-bini tal-power station ta' Delimara, illum nistghu nipproducu sa 576 MW ta' elettriku meta l-oghla domanda s'issa kienet ta' 354 MW f'Jannar tas-sena l-ohra.
Hu kompla li flimkien mal-hidma biex tizdied il-provvista, saret ukoll hidma intensiva biex titjieb is-sistema tad-distribuzzjoni, bir-rizultat li din is-sistema llum tjiebet hafna, tant li saret aktar stabbli u ftit li xejn ghadu jkun hemm qtugh hlief ghal skop ta' manutenzjoni.
Hu fakkar li l-mina li qed tithaffer minn Delimara ghal Marsa m'hix l-ewwel wahda tax-xorta taghha, peress li qabel l-elezzjoni ta' l-1996, thaffret il-mina bejn ic-centru l-gdid ta' distribuzzjoni fil-Mosta u f'Hal Qormi, qrib il-mini ta' Santa Venera, biex b'hekk setghet tissahhah il-provvista ta' l-elettriku fin-naha ta' fuq tal-gzejjer Maltin.
Il-Ministru Bonnici qal li l-iskop li jibdew isiru l-mini ghat-tqeghid tal-cables hu principalment biex kemm jista' jkun jonqos it-thaffir fit-toroq, tonqos il-possibbilt'? ta' hsara, ikun aktar facli li jsiru xoghlijiet f'cables, f'kaz ta' bzonn, minghajr il-htiega li terga' tinqala' t-triq; u l-istess mini jkunu jistghu jintuzaw ghal servizzi ohra wkoll.
Hu spjega li l-mina li qed tithaffer bhalissa se tkun hames metri wiesgha u l-oghla parti tas-saqaf, li se jkollha forma ta' hnejja, se tkun erba' metri 'l fuq mill-art. Se jsiru bankini gholja tal-konkos fuq kull naha, biex fuqhom jitqeghdu l-cables. Se jsiru wkoll xaftijiet zghar ghall-arja kif ukoll xaftijiet kbar biex minnhom jitnizzlu d-drammi mdaqqsa tal-cables tal-132kV halli dawn ikunu jistghu jinhattu fil-mina stess.
Il-Ministru Bonnici qal li kemm id-disinn kif ukoll is-survey u l-pjanti saru minn ufficjali u impjegati ohra ta' l-Enemalta. Saru wkoll, b'talba ta' l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar, zewg studji qabel inhareg il-permess biex ikun sgurat li jitharsu l-fdalijiet arkeologici li hemm f'Tas-Silg, u biex jitharsu xi rizorsi arkeologici li jista' jkun hemm fil-postijiet fejn se jithaffru x-xaftijiet.
Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici irrifera wkoll ghal xoghlijiet ohra li saru jew qed isiru ghat-tishih tas-sistema tad-distribuzzjoni. Dawn jinkludu t-tqeghid ta' submarine cable iehor bejn Malta u Ghawdex. Il-kuntratt ghal dan ix-xoghol ghadu kemm inghata.
Tlesta wkoll ix-xogħol fuq il-bini tac-centru ta' distribuzzjoni fil-Mosta, u qed tithejja s-sejha ghal offerti ghax-xiri tat-taghmir mehtieg, biex dan ic-centru jkun jista' jibda jahdem fis-sistema tal-132kV. Bdew jinbnew zewg centri godda ta' distribuzzjoni tat-33/11kV, wiehed fil-Blata l-Bajda, li se jissupplixxi l-Belt Valletta, il-Furjana u partijiet mill-Marsa u l-Hamrun; u l-iehor f'Hal Kirkop principalment ghall-impjant ta' l-ST Microelectronics. Se jibda jinbena' dalwaqt centru iehor ta' distribuzzjoni f'Marsaskala li se jforni wkoll partijiet minn Haz-Zabbar minbarra Marsaskala. Hargu wkoll l-offerti ghax-xiri tat-taghmir ghal dawn ic-centri ta' distribuzzjoni u dig'? nxtara xi apparat.
Filwaqt li kien stallat switchgear 'did tat-33kV fil-Marsa, qed jittiehdu passi biex din is-sena jinbidel is-switchboard tat-33kV tac-centru ta' distribuzzjoni tal-Mellieha.
Fl-ahhar sentejn kienu kummissjonati 62 substantion u 68 transformer centre f'diversi lokalitajiet fil-gzejjer Maltin. Ta' min isemmi li qed isiru t-thejjijiet biex jitkabbar ic-centru ta' distribuzzjoni li kien sar ghall-isptar il-gdid f'Tal-Qroqq, filwaqt li kienu stallati zewg transformers godda ta' 22.5 MVA fic-centru ta' distribuzzjoni f'Hal Tarxien u iehor fic-centru ta' distribuzzjoni f'Hal Far. Kompla jissahhaħ ukoll il-vultagg gholi fuq is-sistema ta' l-11kV f'diversi lokalitajiet, bl-iskop li titjieb is-sistema ta' distribuzzjoni u li jonqos il-piz fuq ic-centri ta' distribuzzjoni f'diversi lokalitajiet.
Zvilupp iehor li semma l-Ministru Bonnici hu dak ta' l-introduzzjoni tas-sistema SCADA, li biha jista' jkun kontrollat l-apparat u tkun sorveljata d-domanda fid-diversi centri ta' distribuzzjoni mill-power station tal-Marsa. L-ewwel centri li se jahdmu b'din is-sistema huma dak tal-Mellieha u dak li qed jinbena f'Hal Kirkop. Aktar 'il quddiem se tkun estiza ghac-centri kollha ta' distribuzzjoni f'Malta u f'Ghawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN