MESSAĠĠ MILL-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU G'?ALL-AMBJENT, FL-OKKAŻŻJONI TAL-JUM DINJI TA' L-AMBJENT - 5 ta' Gunju 2001
Jum l-Ambjent jigi biex nagħmlu l-kontijiet. Il-kontijiet dwar x'għamilna matul is-sena li għaddiet, u fis-snin l-imgħoddija, fejn wasalna u x'għad irridu nwettqu biex inħarsu l-ambjent madwarna.
L-ambjent hu kamp vast ħafna. Hu l-ikel li nieklu, l-ilma li nixorbu, l-arja li nieħdu, l-ibħra madwarna, il-kampanja li hi l-pulmun għal saħħet il-bniedem. L-ambjent irridu nħarsuh aħna flimkien bhala nazzjon. Izda rridu inħarsuh ukoll fuq bażi re'jonali u internazzjonali għaliex ftit jiswa li aħna nieħdu miżuri biex ikollna arja nadifa u pura jekk pajjiżi 'irien tagħna ma jagħmlux l-istess. Ftit jiswa li nżommu l-baħar madwar il-gżejjer tagħna nadif jekk pajjiżi oħra fil-baċin tal-Mediterran ma jagħmlux l-istess. Din tfakkarni fl-istorja tal-bidwi li kien jieħu hsieb l-għelieqi tiegħu, jnaqqihom mill-ħaxix ħażin, inaddafhom minn insetti li jagħmlu ħsara lis-si'ar u l-pjanti iżda għaliex il-bdiewa ta' madwaru ma kenux jagħmlu l-istess, allura xorta sab li l-pjanti u s-si'ar tiegħu kienu qed jimirdu.
Matul l-aħħar snin pajjizna għamel passi importanti biex iħares l-ambjent. Dan qalitulna dan l-aħħar Ms Margot Wallstrom, Kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea responsabbli mill-Ambjent meta waqt żjara li għamlet f'Malta, stqarret li filwaqt li kien għad hemm oqsma problemattiċi fil-qasam ambjentali, kien sar progress.
Matul is-sena li għaddiet l-ambjent f'pajjiżna ha dimensjoni 'dida, dimensjoni ta' priorita'. Dan jirriżulta mid-diversi inizjattivi li ttieħdu biex nirrisolvu problemi li ilhom magħna s-snin.
Waħda minn dawn il-problemi hi dik tal-ħsara li qed issir lis-saff ta' l-ożonu minħabba t-tni''iż fl-arja minn dħaħen li joħor'u minn sistemi ta' 'enerazzjoni ta' l-elettriku u mill-vetturi. Is-settur tat-trasport waħdu jirrapreżenta 22 fil-mija tal-konsum ta' l-ener'ija tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea. Sa ftit tas-snin ilu, ftit li xejn konna konxji ta' dan it-tni''iż. Problema oħra hi dik tat-trab iswed li sibna li kien ħiere' mill-Power Station tal-Marsa. Dan wassalna biex nieħdu miżuri immedjati ħalli nwaqqfu dan it-tni''iż. Kif ħadna deċiżjonijiet biex innaqsu t-tni''iż mill-vetturi li hawn f'pajjiżna u li llum ilaħħqu aktar minn kwart ta' miljun.
Il-Gvern preżenti ħa żew' miżuri biex inaqqas it-tni''iż mill-Power Station. Miżura minnhom ittieħdet ftit tas-snin ilu meta l-Gvern waqqaf il-Power Station tal-Marsa milli titħaddem bil-faħam u qaleb għas-sistema taż-żejt li jni''eż ferm anqas. Il-problema tat-trab iswed għamlitna konxji minn aktar tni''iż mill-Power Station tal-Marsa. Wara li kien identifikat is-sors tat-tni''iż, il-Korporazzjoni Enemalta bdiet thaddem electrostatic precipitators. Dawn naqqsu l-emissjonijiet ta' trab iswed minn boilers numru sebgħa u tmienja b'90 fil-mija. Dawn iż-żew' boilers bejniethom kienu responsabbli għal 80 fil-mija ta' l-emissjonijiet kollha mill-Power Station.
Miżura oħra biex jitnaqqas it-tni''iż fl-arja, li ttieħdet ukoll matul is-sena li għaddiet, kienet l-importazzjoni ta' petrol u diesel b'inqas kontenut ta' ċomb u kubrit. Minn Settembru tas-sena l-oħra l-Korporazzjoni Enemalta bdiet timporta diesel b'60 fil-mija inqas kubrit filwaqt li minn Ottubru tas-sena l-oħra ukoll l-istess Korporazzjoni bdiet timporta petrol bi 62.5 fil-mija inqas ċomb. Il quddiem iċ-ċomb fil-petrol irid jispiċċa kompletament.
Dejjem dwar l-arja għall-ewwel darba f'Diċembru li għadda kien ippubblikat rapport dwar il-kwalita' ta' l-arja f'pajjiżna wara li d-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent nieda programm nazzjonali għall-Monitora'' ta' l-Arja. Hi l-intenzjoni tal-Gvern li jibda joħro' rapporti re'olari tal-kwalita' ta' l-arja biex hekk ikunu jistgħu jsiru paraguni sew fuq skala lokali kif ukoll fuq livell nazzjonali.
Qasam problematiku ieħor li għandu pajjiżna hu dak ta' l-iskart solidu. Dan sew minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna kif ukoll minħabba ż-żieda tal-popolazzjoni u l-livell tal-għajxien li kull ma jmur qed jogħla u li awtomatikamet jwassal għall-'enerazzjoni akbar ta' skart. Filwaqt li tajjeb li nfakkru li s-sena li għaddiet biss ntremew fil-Miżbla tal-Magħtab u partijiet minnhom kienu riċiklati fl-impjant ta' Sant'Antnin 1.42 miljun tunnellata ta' skart - li 80 fil-mija minnu kien skart mill-industrija tal-kostruzzjoni - ma ninsewx li din iċ-ċifra kienet tirrappreżenta żieda qawwija fi skart tal-kostruzzjoni. Fl-immani''jar ta' l-iskart jeżisti l-kunċett tat-three R's, reduce, reuse and recycle. F'wirja mtella' minn studenti tal-Junior Lyceum Maria Regina, u li kelli l-unur ninawgura f'dawn l-aħħar jiem, l-istudenti ħaddmu dan il-kunċett meta mhux biss għamlu minn kollox biex inaqqsu l-iskart i''enerat fi djarhom, iżda parti mill-iskart użawh mill-'did filwaqt li skart ieħor 'ie riċiklat. Dak li għamlu dawn l-istudenti għandu jservi ta' mera għalina lkoll biex aħna wkoll bħala poplu nnaqsu mill-iskart li ni''eneraw, nwettqu pro'etti biex nużawh mill-'did u nirriċiklaw dak li nistgħu. F'pajjiżna għandna regolamenti biex nipproduċu xorb fi fliexken tal-ħ'ie' li barra milli jintużaw madwar għaxar darbiet kull wieħed jistgħu ukoll ji'u riċiklati. Li kieku ma kienx għal dawn ir-regolamenti kieku l-miljuni kbar ta' fliexken tal-plastik li jkollna niddisponu minnhom joħolqulna problema ambjentali kbira. Skart ieħor bħal ħ'ie' u l-karta diga` qed ikun riċiklat biex jintuża mill-'did filwaqt li jeżistu pjani u studji għar-riċikla'' tal-fdalijiet mill-'ebla Maltija li hi l-akbar sors ta' skart fil-pajjiż.
Is-sena li għaddiet il-Gvern ħareg proposti għall-Immani''jar ta' Skart Solidu bl-iskop li jitnaddfu u jkunu riabilitati l-Miżbliet fil-Magħtab, fil-Qortin fix-Xagħra, Għawdex u f'Wied Fulija fiż-Żurrieq.
F'dawn il-jiem wasal wkoll f'idejna rapport għal strate'ija dwar l-immani''jar ta' skart. Dan ir-rapport ilu għal xi xhur ji'i ppreparat minn konsulenti mqabbda u mħallsa mill-Unjoni Ewropea biex jgħinu lill-Gvern f'dan ir-rigward. Dan hu dokument importanti ħafna għaliex se juri t-triq u se jiffissa standards ta' sistema moderna għall-immani''jar ta' l-iskart.
L-Ambjent hu wkoll l-baħar madwarna. Il-baħar jista' jitni''eż jew mid-drena'' jew minn żjut li jintefgħu minn vapuri li jkunu qegħdin ibaħħru fil-Mediterran u qrib artna. F'dawn l-aħħar snin il-Gvern, wara li fl-1992, bl-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea fassal il-Master Plan dwar is-sistema tad-drenagg għall-gżejjer Maltin, beda ħidma biex jelimina drena'' li kien qed jisbokka u jni''eż il-bajjiet ta' tas-Sliema, San Giljan, San Pawl il-Baħar, Bugibba, Qawra, Birżebbu'a u Wied il-Għajn.
Wara li kien eliminat t-tniggiz mid-drena'' f'dawn il-bajjiet il-Gvern għadda biex fassal pjan biex il-pajjiż ikollu l-infrastruttura kollha neċessarja biex d-drenagg jissaffa qabel ma jintefa' l-baħar. Dan il-pjan qed jitħaddem mis-Sewerage Master Plan Implementation Unit u jaħseb biex sas-sena 2005 d-drena'' kollu jissaffa qabel jintefa' fil-baħar.
Sors ieħor ta' tni''iż fil-baħar hu ż-żejt li jintrema' minn bastimenti, l-aktar tankers taż-żejt. F'dan il-qasam, minbarra li l-Gvern Malti għandu l-infrastruttura neċessarji biex jikkumbatti irqajja ta' żjut li jistgħu jkunu resqin lejn pajjiżna, jaħdem ukoll ma' pajjizi Mediterranji biex fuq bażi re'jonali jittieħdu dawk il-miżuri kollha meħtiega biex ma jkunx hemm tni''iż fl-ibħra madwarna.
Il-Gvern qiegħed kontinwament jieħu miżuri biex iħares il-flora u l-fawna f'pajjiżna. Ghal dan l-iskop saru regolamenti għall-ħarsien tas-sigar u l-imsa'ar. Sar ftehim ma' għaqdiet volontarji għall-immani'jar ta' riservi f'Marsaxlokk, Wied Għollieqa, Wied '?azrun, Għajn Tuffieħa, l-Għadira fejn qegħdin illum, u s-Simar. Intlaħaq ukoll ftehim bejn il-Federazzjoni tal-Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti u għaqdiet ambjentali biex twaqqfet Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tal-Għasafar. Twaqqaf ukoll Environment Monitoring Board li fassal pjan ta' sorveljanza biex ikunu osservati r-regolamenti tal-kaċċa u nsib.
Il-ħarsien ta' l-ambjent hu proċess dinamiku. Għalhekk il-Gvern kien ippubblika, taħt forma ta' dokument ta' konsultazzjoni, abbozz ta' Ligi dwar il-'?arsien ta' l-Ambjent, 2001 u le'islazzjoni oħra sussidjarja. Din il-li'i se tieħu post l-Att dwar il-'?arsien ta' l-Ambjent tal-1991 li meta sar kien meqjus bħala avvanzat. Il-Li'i l-'dida se ddaħħal kunċetti 'odda fil-qasam ambjentali bit-twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali għal Żvilupp Sostenibbli, id-dritt għall-informazzjoni, Fond għall-Ambjent u infurzar aktar rigoruż. Biex din il-li'i tilħaq l-iskopijiet li għaliha qed issir, ji'ifieri li l-ambjent ikun imħares aħjar, il-Gvern stieden lill-NGOs, korpi kostitwiti u lill-pubbliku in'enerali biex jagħtu l-kummenti tagħhom. Dawn intlaqgħu sal-21 ta' dan ix-xahar u rrid ngħid li l-konkorrenza kienet waħda tajba. Id-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent organizza wkoll seminar dwar l-istess abbozz ta' li'i li matulu ħare' ċar kemm qed jikber l-interess fl-ambjent kif jixhdu wkoll l-kummenti li waslu lill-Ministeru. Issa tħejja abbozz 'did ta' l-Att li jinkorpora ħafna mis-su''erimenti li rċivejna u li nittama jkun diskuss fil-Parlament qabel is-sajf./4
It-twemmin f'ambjent aħjar jirriżulta wkoll minn mizuri li l-Gvern qed jieħu biex ikollna ambjent aktar nadif. Fl-aħħar budget il-gvern iddeċieda li l-VAT fuq apparat ta' ener'ija alternattiva, bħal solar heaters u solar panels titnaqqas minn 15 għal ħamsa fil-mija filwaqt li r-re'istrazzjoni ta' karrozzi li jaħdmu bil-batteriji tnaqqset minn bejn 50 u 75 fil-mija ghal 16.5 fil-mija. It-taxxa ta' re'istrazzjoni fuq muturi li jaħdmu bil-batterija, li kienet bejn 28 u 42 fil-mija, mill-1 ta' Jannar tnaqqset ghal 6.5 fil-mija. Il-Gvern qiegħed ukoll jistudja kif jinstabu mezzi alternattivi ta' ener'ija biex ma nibqgħux niddependu miż-żejt għall-'enerazzjoni kollha ta' l-elettriku.
Fuq livell internazzjonali Malta rratifikat l-emendi għall-Konvenzjoni ta' Barċelona dwar il-'?arsien mit-Tni''iż tal-Baħar Mediterran; aċċediet għall-Konvenzjoni ta' Basle dwar il-Movimenti minn post għal ieħor ta' Skart Perikoloż u r-Rimi Tiegħu; u inizjalat mal-Kummissjoni Ewropea s-sħubija fl-Agenzija Ewropea għall-Ambjent.
Nhar il-Erbgħa, 23 ta' Mejju, f'isem il-Gvern Malti ffirmajt il-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Persistent Organic Pollutants, li għandħa l-iskop li twaqqaf it-tixrid ta' kimiċi tossiċi li jagħmlu ħsara kbira lill-bniedem u lill-ambjent. Din il-Konvenzjoni hi kunsidrata ta' importanza ambjentali kbira.
It-tema magħżula din is-sena għal Jum l-Ambjent hi CONNECT with the World Wide Web of Life. Tema li tpo''i quddiemna l-importanza tal-mezzi tal-komunikazzjoni fil-'lieda kontinwa li rridu nagħmlu biex inħarsu l-ambjent. U fid-dimensjoni internazzjomnali li jiehu l-ambjent. Il-ħarsien ta' l-ambjent ma nistgħux inħarsu lejh minn lenti parrokjali. Irid ikun hemm pjani re'jonali u internazzjonali. F'kumment li smajt fuq il-mezzi tax-xandir il-'imgħa li għaddiet intqal li kieku l-pajjiżi kollha tad-dinja, speċjalment iċ-Ċina u pajjiżi tat-Tielet Dinja kellhom jagħmlu użu mill-karta daqskemm isir minn pajjiżi industerjalizzati kieku fid-dinja m'ghadx baqa' si'ra waħda. U li kieku l-istess pajjiżi tat-Tielet Dinja u ċ-Ċina kellhom ikollhom vetturi daqs kemm hemm fil-pajjiżi industrjalizzati kieku d-dinja ilha fgata mid-dħaħen. Dan iżda ma jfissirx li l-popli ta' dawk il-pajjiżi m'għandhomx jiżviluppaw daqs il-pajjiżi industrjalizzati iżda li għandu kulħadd jagħti sehmu billi jinstabu mezzi alternattivi li ma jni''sux, li ma jkomplux jeqirdu l-foresti. Billi mmorru aktar lejn żvilupp sostenibbbli u lejn miżuri bħal dawk miftiehma internazzjalment bħal ftehim ta' Kyoto.
Il-proċess għall-ħarsien ta' l-ambjent hu wieħed kontinwu. Proċess li kulħadd irid jagħti sehmu għalih jekk irridu ngħixu f'dinja aħjar u f'ambjent aktar f'saħħtu. Jekk irridu li l-pjaneta dinja inħalluha aħjar milli sibniha.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN