MALTA TIPPARTECIPA F'KONFERENZA TAL-KUNSILL TA' L-EWROPA FIL-GRECJA
PR831
04/06/2001
Konxju mit-tibdil qawwi u mgħa''el fis-soċjeta', il-Kunsill ta' l-Ewropa qed jorganizza konferenza bit-tema "X'tip ta' ħajja għat-tielet millenju?".
Din se ssir mill-Kumitat ta' l-Ambjent u l-Agrikoltura, flimkien mal-Parlament Grieg fil-Greċja, bejn l-4 u s-6 ta' Ġunju 2001.
Fost il-kelliema distinti fl-oqsma ta' l-ambjent, xjenza, teolo'ija, edukazzjoni, minn pajjiżi madwar il-Mediterran, il-laqgħa se tkun indirizzata wkoll minn Mikhail Gorbachev, bħala President tal-Green Cross International.
Malta se tkun rappreżentata mid-deputati parlamentari l-Onor Francis Agius u l-Onor Joe Debono Grech.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN