Left arrow Mur Lura

MALTA TINNEGOZJA B'SUCCESS L-EWWEL PERJODI TA' TRANZIZZJONI

PR828
Date Icon 01/06/2001

L-ewwel turija tangibbli li jistghu jkunu nnegozjati perjodi ta' tranzizzjoni hekk kif Malta qed thejji ruhha biex issir membru ta' l-Unjoni Ewropea harget dalghodu bl-gheluq ta' tliet kapitli ohra mill-acquis communautaire ta' l-UE. L-gheluq tal-kapitli dwar ic-Caqliq Hieles ta' Prodotti, ic-Caqliq Hieles ta' Servizzi u l-Energija jwassal biex l-ghadd totali ta' kapitli maghluqa minn Malta sa issa tela' ghal 16.

Il-Gimgha wkoll infethu l-kapitlu dwar l-Ambjent u dak dwar l-Unjoni Doganali.

Malta u l-Unjoni Ewropea ftehmu dwar l-ewwel perjodi ta' tranzizzjoni ghall-kapitlu dwar ic-Caqliq Hieles ta' Prodotti u ghal dak dwar l-Energija.

L-Unjoni Ewropea accettat it-talba ta' Malta li taht il-kapitlu dwar ic-Caqliq Hieles ta' Prodotti, jinghata erba' snin zmien ta' tranzizzjoni ghat-tigdid ta' awtorizzazzjonijiet ghall-bejgh ta' prodotti farmacewtici. L-UE accettat din it-talba ta' Malta waqt laqgha f'livell ta' Deputati li saret illum il-Gimgha filghodu fi Brussels bhala parti mill-Konferenza Intergovernattiva dwar id-Dhul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.

Dan ifisser li wara shubija fl-UE, kull prodott medicinali li jitqieghed ghall-bejgh f'Malta jrid ikun irregistrat skond jitolbu r-regoli ta' l-UE. Iz-zmien ta' erba' snin tranzizzjoni se jaghti cans biex il-prodotti farmacewtici li hawn bhalissa fis-suq Malti u dawk li se jidhlu godda minn barra jew dawk manifatturati f'Malta jibqghu jinbieghu Malta waqt li ssir ir-registrazzjoni taghhom skond ir-regoli ta' l-UE. It-tigdid ta' awtorizzazzjonijiet ghall-bejgh tal-prodotti medicinali ghandu jkun lest sa Dicembru 2006.

Fil-laqgha ta' dalghodu sar ftehim ukoll ghal koncessjonijiet specifici li talbet Malta. Dawn il-koncessjonijiet jaqghu wkoll taht il-kapitlu dwar ic-Caqliq Hieles ta' Prodotti u huma msejsa fuq x'jippreferi jixtri l-konsumatur Malti. Bis-sahha ta' dawn il-koncessjonijiet, f'Malta se jibqghu jintuzaw id-deskrizzjonijiet ‘milk chocolate', ‘evaporated milk' u ‘low fat evaporated milk'.

Fil-laqgha li saret f'livell ta' Deputati, kien ikkonfermat ukoll li l-Unjoni Ewropea accettat it-talba ta' Malta fin-negozjati fuq il-kapitlu dwar l-Energija li fih Malta talbet ghal erba' snin zmien ta' tranzizzjoni li jaghtu cans lil Malta biex izzid skond il-pass li fasslet ghaliha stess, il-hazna ta' fuelsbiex ikun hawn bizzejjed ghal 90 jum f'kaz ta' htiega.

Il-Konferenza dwar id-Dhul fl-UE, li ghandha titlaqqa' f'livell Ministerjali fil-Lussemburgu x-xahar iddiehel, ghandha tapprova r-rakkomandazzjonijiet li saru fil-laqghat differenti f'livell ta' Deputati matul il-Presidenza Svediza. Il-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin tal-Pajjizi Membri ta' l-Unjoni Ewropea japprovaw ukoll il-ftehimiet li saru mid-Deputati dwar il-perjodi ta' tranzizzjoni.

Matul il-laqgha ta' dalghodu, ic-Chairman tal-Grupp Ewlieni ghan-Negozjati, is-Sur Richard Cachia Caruana ddeskriva il-konkluzjoni b'success tan-negozjati dettaljati u intensivi dwar ic-Caqliq Hieles ta' Prodotti bhala sodisfazzjon partikulari. Huwa laqa' l-mod kif l-Unjoni Ewropea accettat it-talbiet ta' Malta ghal perjodi ta' tranzizzjoni taht il-kapitlu dwar ic-Caqliq Hieles ta' Prodotti u dak dwar l-Energija kif ukoll l-efficjenza li kien hemm fin-negozjati dwar ic-Caqliq Hieles ta' Servizzi.

Matul l-intervent tieghu fuq il-kapitlu dwar l-Energija, is-Sur Cachia Caruana wera wkoll il-hsieb tal-Gvern Malti li wara shubija, japplika ghal certi derogi taht id-Direttiva dwar id-Dawl Elettriku fejn titkellem fuq ‘sistema zghira izolata'.

Is-Sur Cachia Caruana tkellem ukoll fit-tul dwar il-kwistjonijiet kritici ghal Malta li jaqghu taht il-kapitlu ta' l-Ambjent. B'mod partikulari, is-Sur Cachia Caruana sahaq fuq dawk l-oqsma li ghalihom Malta se tkun qeghda titlob perjodi ta' tranzizzjoni.

Lejn tmiem id-diskors tieghu, is-Sur Cachia Caruana rringrazzja lill-Presidenza Svediza ghax-xoghol taghha u ghall-kontribut li tat biex mexxiet lil Malta eqreb b'mod sinifikattiv lejn shubija fl-Unjoni Ewropea fit-tkabbir li jmiss.

Fis-sessjoni ta' dalghodu tkellem ukoll l-Ambaxxatur Gunnar Lund f'isem il-Presidenza Svediza. Huwa laqa' l-gheluq dalghodu ta' tliet kapitli ohra li fissru progress sostanzjali fit-triq lejn shubija. L-Ambaxxatur Lund qal li, bl-ghoti ta' perjodi ta' tranzizzjoni mitluba taht l-kapitlu dwar ic-Caqliq Hieles ta' Prodotti u dak dwar l-Energija, l-Unjoni Ewropea gharfet il-htiega ta' Malta ghal aktar zmien biex tkun tista' twettaq id-Direttivi ta' l-acquis li ghalihom intalbu l-perjodi ta' tranzizzjoni.

"Il-Presidenza Svediza rappurtat li se tkompli thares b'mod iebes ghall-bidu lejn il-pozizzjonijiet li jitressqu dwar diversi oqsma. U, accettat ghadd ta' arrangamenti ta' tranzizzjoni fejn hija kienet sodisfatta li l-kundizzjonijiet mehtiega kienu rispettati kollha.

"Il-grajjiet u l-kisbiet li saru matul dawn l-ahhar xhur juru li Malta issa waslet fil-qalba tal-process tan-negozjati. Certament, li l-aktar kapitli difficli bdew jintmessu issa, u aktar minn hekk, in-negozjati twasslu ghal konkluzjoni b'success f'uhud mill-oqsma difficli u kumplessi."

L-Ambaxxatur Lund qal li x-xoghol se jkompli sakemm tintemm il-Presidenza Svediza biex jinkiseb dak kollu li kien ippjanat, skond it-triq li fasslet il-Kummissjoni Ewropea. Il-laqgha ministerjali tal-Konferenza Intergovernattiva tat-12 ta' Gunju ghandha tkun punt importanti f'dik it-triq.

Eneko Landaburu, Direttur-Generali ghat-Tkabbir ta' l-UE fil-Kummissjoni Ewropea wkoll esprima s-sodisfazzjoni tal-Kummissjoni ghall-mod li bih kienu mexjin in-negozjati ma' Malta. Huwa ddeskriva bhala ambizzjuz, imma fl-istess hin realistiku, il-programm ta' zmien li Malta fasslet ghaliha nnifisha biex iddahhal l-acquis dwar ic-Caqliq Hieles ta' Prodotti. Huwa qal ukoll li l-kwalita gholja tad-dokumenti li pprovdiet Malta haffew l-gheluq tat-tliet kapitli.

Is-Sur Cachia Caruana kellu mieghu lil Victor Camilleri, l-Ambaxxatur ta' Mala fi Brussels; lil Graziella Pullicino, Kordinatrici fis-Segretarjat ghan-Negozjati ma' l-UE; lil Saviour Falzon, Kap tad-Direttorat dwar l-Unjoni Ewropea; kif ukoll ghadd ta' ufficjali mill-Ambaxxata Maltija fi Brussels.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow