Left arrow Go Back

SILTIET MINN DISKORS LI L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU G'?ALL-AMBJENT, G'?AMEL META ŻAR ATTIVITA' TA' TINDIF ORGANIZZATA MINN MEMBRI TA' L-EKWIPAĠĠ TAL-BASTIMENT NAVALI LA SALLE FIL-KALKARA

PR822
Date Icon 01/06/2001

Appell biex il-pajjiż jinżamm nadif

ll-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li kien ta' pjacir għalih li jżur attivitajiet ta' tindif. Qal li din l-attivita' kellha sinifikat doppju, l-ewwelnett għaliex f'dan il-każ partikolari it-tindif kien qed isir minn membri ta' l-ekwipa'' ta' bastiment tal-Flotta Navali Amerikana li qed jissewwa fit-Tarzna ta' Malta b'kontribut kbir għal din l-ażjenda u l-ħaddiema tagħha. U anke għaliex il-ħidma kienet waħda volontarja. Qal li f'din l-attivita' partikolari l-Ministeru għall-Ambjent, permezz ta' l-Unit għall-Ambjent Nadif, qed jagħti l-appo'' tiegħu billi pprovda l-għodda, l-vetturi u l-makkinarju meħtie' flimkien mal-ħaddiema għalihom. Hu qal li l-preżenza tas-Sindku tal-Kalkara, għal din l-attivita' kienet turi l-kollaborazzjoni li teżisti bejn il-Gvern Ċentrali u l-Kunsilli Lokali f'attivitajiet biex inaddfu u jsebbħu lill-pajjiż.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-Ministeru għall-Ambjent kien qed jwettaq ħidma kontinwa ta' tindif fil-pajjiż għaliex kien jemmen li f'pajjiż nadif il-poplu jkun aktar b'saħħtu u l-ambjent jitgawda aħjar. Hu qal li l-Ministeru kien jaħdem mal-Kunsilli Lokali fuq pro'etti ta' tindif. Qal li s'issa twettqu diversi kampanji ta' tindif fejn il-Ministeru jipprovdi n-nies u l-in'enji filwaqt li l-Kunsilli jipprovdu t-trakkijiet. Qal li kien jemmen li din it-tip ta' kollaborazzjoni kienet qed tħalli riżultati pożittivi.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li minkejja l-ħidma kollha li kienet qed issir biex ikollna pajjiż aktar nadif, xorta kien għad baqa' diversi persuni li ma jaħsbuhiex darbtejn qabel jarmu mit-twieqi tal-karrozzi tagħhom fliexken u bottijiet tal-birra u soft drinks, biċċiet ta' sigaretti u boroż ta' snacks. Qal li kien tal-mistħija tgħaddi minn toroq ewlenin u ħdejn it-traffic lights tara munzelli ta' biċċiet ta' sigaretti u fliexken fic-centre strips. Hu staqsa x'kien ji'ri li kieku l-Gvern ma kienx inaddaf b'mod regolari t-toroq ewlenin? Qal li mhux sew li filwaqt li qed isir dan l-isforz kollu, u qed jintefqu daqshekk flus biex il-pajjiż jinżamm nadif, għad hawn min huwa irresponsabbli u bla ebda sens ċiviku, li jarmu dak kollu li ma jridux fit-toroq.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li f'din l-aħħar sena diversi taqsimiet fil-Ministeru għall-Ambjent neħħew mijiet ta' trakkijiet ta' skart minn diversi lokalitajiet. Qal li mill-Marsa, Bengħajsa, Għar '?asan u Il-Fataħ, limiti ta' '?az-Żabbar, kienu tneħħew aktar minn 500 trakk ta' materjal. Qal li d-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent kien qiegħed bħalissa jnaddaf '?al Far minn mijiet ta' trakkijiet ta' terrapien u skart ieħor li ntremew minn persuni irresponsabbli. Il-Ministru qal li mhux sew li għad baqa' min ma jistħix u ma jimpurtahx, li jiddisponi minn kwantitajiet kbar ta' materjal biex ma jmurx jarmi fil-Magħtab u mbagħad ikollu jnaddaf il-Gvern bi spejjeż ta' għexiren ta' eluf ta' liri. Hu appella lill-pubbliku għall-koperazzjoni ħalli tinqata' darba ghal dejjem din il-marda kronika ta' rimi ta' l-iskart fit-toroq, fil-kampanja u f'wesgħat miftuħa. Hu fakkar li l-Ministeru kellu freephone 0800 772202, li fuqu setgħu ji'u rrapurtati individwi li jkunu qed jiddisponu b'mod illegali minn skart. Il-Ministru Francis Zammit Dimech fakkar ukoll fil-koperazzjoni li kien hemm bejn il-Ministeru għall-Ambjent u t-Taqsima ta' l-Administrative Law Enforcement fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, f'dawn l-aħħar xhur itellgħu diversi persuni l-Qorti u kienu akkużati b'rimi illegali ta' skart.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li pajjiżna hu tagħna lkoll u għalhekk jixraqlu aħjar. Qal li meta nżommuh nadif ingawdu minnu lkoll. '?u faħħar l-iniżjattiva li kienu qed jieħdu membri ta' l-ekwipa'' tal-USS La Salle, li waqt li qegħdin Malta, sabu l-ħin biex anke jgħinu fil-kampanja biex inżommu pajjiżna nadif.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow