Left arrow Mur Lura

Quality Service Charter fil-Librerija Nazzjonali

pr1945
Date Icon 27/12/2001

Il-Librerija Nazzjonali nediet Quality Service Charter li jaghti informazzjoni lill-pubbliku dwar x'servizzi toffri il-Librerija u x'inhuma l-istandards li wiehed ghandu jistenna meta jkun qed juza dan is-servizz. Fil-Quality Service Charter hemm rifless l-impenn min-naha tal-Librerija Nazzjonali biex jinghata servizz ta' kwalita' lil kull min juza s-servizzi tal-Librerija.

Il-Quality Sevice Charter jaghti informazzjoni dwar il-hinijiet tal-ftuh tal-Librerija Nazzjonali, iwieghed li l-haddiema se jkunu efficjenti, jafu xogholhom sew u jghinu lill-pubbliku f'kull hin. Iwieghed ukoll li joffri informazzjoni dwar is-servizzi li toffri l-librerija u r-regolamenti li wiehed ghandu jsegwi biex il-kotba u materjali ohra li jinstabu fil-librerija jkunu mizmuma sew minghajr ma ssirilhom hsara.

Fic-Charter tinghata informazzjoni dwar:

· Kif persuna ghandha tuza s-servizzi tal-Librerija Nazzjonali;

· Kif persuna ghandha taghmel ir-rikjesti biex tikseb u tirricerka materjal li jezisti fil-Librerija;

· Is-servizz tal-Micro-Filming;

· Is-servizz tal-fotokopji;

· X'ghandha taghmel persuna li m'hix sodisfatta bis-servizz offrut;

· Kif persuna tista' taghti s-suggerimenti u l-kummenti taghha lill-istaff tal-Librerija Nazzjonali.

Id-dettalji dwar dan il-Quality Service Charter jistghu jinkisbu minn fuljett li wiehed jista' jikseb mil-Librerija Nazzjonali stess kif ukoll minn fuq l-Internet: http://www.servicecharters.gov.mt jew inkella mill-pagni tal-Librerija Nazzjonali li jinstabu fil-Website tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni www.education.gov.mt

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea, f'diskors ta' l-okkazjoni semma x-xoghol siewi li qed isir fil-qasam tal-Libreriji u b'mod partikolari x-xoghol li sar u qed isir fil-Librerija Nazzjonali. Dwar il-qasam tal-libreriji b'mod generali, il-Ministru semma li fl-ispirtu ta' decentralizzazjoni li fuqu mexa l-Gvern prezenti kull meta kien qed jamministra, 31 librerija nghataw f'idejn il-Kunsilli Lokali biex dawn imexxuhom fl-aqwa interess tal-lokalita' taghhom.

Dwar il-Librerija Nazzjonali, il-Ministru qal li s-sena l-ohra ntemm il-progett tant mehtieg tal-protezzjoni kontra n-nirien fil-Librerija Nazzjonali. Il-Ministru qal li dan il-bzonn kien ilu jinhass minhabba l-ammont ta' kotba u materjal iehor li, filwaqt li huma wirt ta' valur inestimabbli, dak li ilu jingabar ghal snin twal jista jispicca mahruq f'temp ta' ftit sieghat. F'dan il-progett kienu involuti mill-qrib il-haddiema tal-Librerija Nazzjonali biex, f'kaz ta' emergenza, ikunu huma li jiehdu l-ewwel azzjoni biex l-effett ikun minimizzat u jinfurmaw lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili jekk is-sitwazzjoni ma tkunx tista' tkun ikkontrollata.

Il-Ministru qal ukoll li l-patrimonju li hemm fil-Librerija Nazzjonali jiffaccja wkoll perikli ohrajn, l-uzu tal-kotba u materjal iehor kif ukoll iz-zmien ihallu effett negattiv fuqhom. Ghalhekk jehtieg li filwaqt li jkunu protetti, b'mod partikolari permezz tat-teknologija moderna, il-hsara li tkun saret tkun irrimedjata. Ic-Centru tar-Restawr f'Bighi issa jinkludi sezzjoni shieha armata bir-rizorsi u t-teknologija mehtiega, li fiha qed isir ir-restawr tal-kotba. Ghalkemm dan is-servizz kien diga' jezisti qabel, inhasset il-htiega li l-Book Restoration Unit jinghaqad mac-Centru tar-Restawr biex il-Book Restoration Unit ikun jista' juza s-servizzi, it-teknologija u r-rizorsi tac-Centru li ma kinux jistghu jintuzaw qabel, u fl-istess hin ikunu jistghu jitharrgu aktar nies f'din il-prattika.

Hafna kienu jbassru li hekk kif qed tizviluppa t-teknologija moderna, il-qari u l-uzu tal-kotba se jonqos jekk ma jintemmx kompletament. Izda l-istess teknologija tista' tkun uzata biex il-qari u r-ricerka jizdiedu u jitkattru. Id-Dipartiment tal-Libreriji u l-Arkivji xtara server gdid u se tkun installata l-ahhar verzjoni tal-Libraries Information System. Permezz ta' dan l-apparat u l-Geoweb Module il-pubbliku se jkun jista' jara x'kotba ghandhom il-libreriji kollha ta' pajjizna, permezz ta' l-Internet, mill-kumdita' tad-djar jew mill-Internet Cafes.

Aktar 'il quddiem, il-pubbliku se jkun jista' jirrizerva ktieb minn fuq l-Internet u jigbor dan il-ktieb mill-eqreb librerija. Il-Ministru qal li dan qed isir bhala parti mill-inizjattiva ta' l-E-Government, pass iehor li ha il-Gvern prezenti biex joffri s-servizzi tieghu lill-poplu b'mod aktar efficjenti u komdu minghajr giri u tahbit fil-kuriduri tal-burokrazija. Hekk kif dehlin f'era digitali, l-inizjattiva li qed jiehu l-Gvern Malti biex joffri servizz ta' E-Government iqieghed lill-Malta fuq quddiemnett, flimkien ma' l-aktar pajjizi avvanzati tad-dinja.

Il-Ministru temm billi rringrazzja lid-Direttur u 'l-istaff tad-Dipartiment ghall-inizjattiva taghhom, u heggihom ikomplu bix-xoghol siewi li qed iwettqu f'dan il-qasam. Hu qal li l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ghandu jkun minn ta' quddiem biex joffri l-ahjar servizz lill-pubbliku. Fil-fatt, qal il-Ministru, hu jinstab sodisfatt li fid-dipartimenti li jaqghu taht il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni hemm numru dejjem jizdied ta' Quality Service Charters.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow