Left arrow Mur Lura

MILIED IEĦOR GĦAT-TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI F'GĦAWDEX

pr1942
Date Icon 26/12/2001

Għal dawn l-aħħar għaxar snin, f'dawn iż-żmenijiet assoċjati mal-Milied, iċ-Ċentru ta' Taħriġ (Adult Training Centre) f'Għajnsielem, jorganizza attivita` fejn il-persunaġġ ta' Father Christmas iqassam diversi rigali lill-membri bi bżonnijiet speċjali li jattendu l-istess Ċentru f'Għawdex. L-attività ta' din is-sena ġiet organizzata nhar il-Ġimgħa, 21 ta' Diċembru 2001.

L-attendenza tal-membri li jattendu s-Sannat Special Unit kompliet ikkaratterizzat l-attività li kellha bħala l-qofol tagħha l-wasla ta' Father Christmas permezz tal-karozzin. Din l-attività ttellgħet fil-kumpless li l-Adult Training Centre għandu f'Għajnsielem.

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, waqt diskors ta' l-okkażjoni faħħret l-impenn tal-ġenituri tat-tfal u ta' l-istaff taċ-Ċentru ta' Taħriġ tad-dedikazzjoni tagħhom sabiex ifittxu li jtejbu dejjem aktar il-qagħda tal-persuni b'diżabilità f'Għawdex, filwaqt illi kkonfermat l-għajnuna li dejjem ta l-Gvern favur dan il-qasam.

Preżenti wkoll għall-okkażjoni, kien hemm ukoll is-Sindku tal-lokalità ta' Għajnsielem, Frans Cauchi u l-Arċipriet tar-raħal, Dun Ġużepp Zerafa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow