IL-PRIM MINISTRU JINDIRIZZA LILL-KORPI KOSTITWITI, TRADE UNIONS, MEDIA U GĦAQDIET VOLONTARJI
Waqt li kien qed ikellem lir-rappreżentanti tal-Korpi Kostitwiti, Trade Unions, Media, u diversi għaqdiet volontarji fil-Berġa ta' Kastilja, il-Prim Ministru rringrazzja lil dawk preżenti għax-xogħol li wettqu matul is-sena.
Huwa qal li s-sena li għaddiet kienet waħda pożittiva. Il-Prim Ministru tkellem fuq id-demokrazija, li fid-definizzjoni essenzjali tagħha, tinkludi ukoll is-soċjetà ċivili, u li l-ebda pajjiż ma jista' jissejjaħ demokratiku jekk ma jkollux soċjetà ċivili b'saħħitha. Il-Prim Ministru enfasizza li l-għaqdiet kollha jridu jkunu b'saħħithom biex jagħtu sehem attiv fil-pajjiż. Hekk titlob is-solidarjetà, fejn kulħadd ikun responsabbli għal kulħadd.
L-awgurju tal-Prim Ministru kien li l-pajjiż ikompli miexi 'l quddiem, u l-ġid ikompli jitkattar u jitqassam b'ġustizzja fost il-poplu.
Il-Prim Ministru awgura lil dawk preżenti l-isbaħ xewqat għas-sena d-dieħla.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN