Left arrow Go Back

Tnedija tal-Quality Service Charter fil-Bibljoteka Nazzjonali

pr1925
Date Icon 20/12/2001
Nhar il-Ħamis, 27 ta’ Diċembru 2001, ser ikunimniedi il-Quality Service Charter tal-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta.
Ix-xogħol fuq dan iċ-Charter ilu li nbeda saminn Mejju 2001, meta kien organizzat seminar għall-impjegati kollha tal-Bibljoteka. Waqt dan is-seminar, kienet diskussa fid-dettal l-iskema kollha ta’ dan iċ-charter u ġew ippreparati għadd ta’ rakkomandazzjonijiet. Wara dan is-seminar kienu mfassla regolamenti li jiżguraw uniformita’ fl-interpretazzjoni tal-bye-laws tal-Bibljoteka.
Sar ukoll survey fost ir-riċerkaturi lijagħmlu użu mill-Bibljoteka u r-riżultat kien analiżżat u ttieħdet nota ta’ kull kumment u suġġeriment li sar. Qabel ma tfasslu r-regolamenti ġew ikkonsultati ukoll Libreriji Nazzjonali barranin dwar sistemi ta’ operat. Bħala kustodjattriċi tal-wirt miktub tal-poplu Malti, hu dmir tal-Bibljoteka li tagħti l-aħjar servizz lill-pubbliku b’mod professjonali.
Minn issa ‘l quddiem, dawk kollha li jżurul-Bibljoteka, iridu jirraportaw f’reception desk fid-daħla tal-Librerija u juru dokument ta’ identita’. Il-viżitatur okkażjonali ser ikollu aċċess biss għall-parti fejn jinżammu l-esebizzjonijiet fis-sala ewlenija, waqt li r-riċerkaturi ikollhom aċċess għall-parti fejn ikunu jistgħu jużaw is-servizzi provduti. Dan sar biex jinżammu rekords tad-dħul u l-ħruġ f’kull żjara li ssir lill-Bibljoteka u biex ikun jista’ jkun reġistrat il-materjal kollu li jkun ikkonsultat. Dan it-tagħrif kollu ikun irrekordjat fuq sistema kompjuteriżżata.
Fid-daħla tal-Bibljoteka ġew pprovduti lockersfejn jinżammu ħwejjeġ personali tal-viżitaturi. Għal xogħol ta’ riċerka jistgħu jintużaw biss lapsijiet. Biex il-movimenti tal-pubbliku ikun immonitorjat aħjar u għas-sigurta’ tad-dokumenti kustoditi fil-Bibljoteka, sistema ta’ kameras CCTV ser tkun installata fil-ġejjieni qrib.
Peress illi gażżetti oriġinali bdew isofru għaddta’ ħsarat, kien deċiż li għandhom ikunu użati microfilms u mhux l-oriġinal. Kien osservat li l-materjal tal-Bibljoteka kienet qed issirlu ukoll ħafna ħsara minħabba l-ikkopjar; u kotba, li m’għadhomx iktar stampati, kienu qed jinqerdu minħabba dan l-ikkopjar permezz ta’ photocopiers. Għalhekk kien speċifikat liema materjal jista’ jkun ikkupjat u r-rati ta’ ħlas għal photocopies kienu riveduti bl-iskop li ma jsirux kopji għalxejn li jkomplu jagħmlu l-ħsara.
Huwa ttamat li dawn il-miżuri jgħinu fit-tħaristat-teżori miżmuma fil-Bibljoteka Nazzjonali, biex ġenerazzjonijiet futuri jkunu jistgħu igawduhom u biex ukoll kull riċerkatur serju jkun assigurat servizz effiċjenti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow