L-AWTORITA’ GHAS-SAHHA U S-SIGURTÀ FUQ IL-POST TAX-XOGHOL TNIEDI DOKUMENT TA’ DISKUSSJONI DWAR IS-SIGURTÀ F’ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI
pr1922
19/12/2001
| Minhabba n-natura tax-xoghol li jkun qed isir fihom, istituzzjonijiet | finanzjarji, u ohrajn simili li jahdmu bil-flus kontanti, jista’ jkunu l-mira, bhal ma gara fil-passat, ta’ attentati ta’ serq, li kultant ikunu aggravati wkoll bil-vjolenza. |
| Dawn l-attakki jistghu jirrizultaw f’telf | finanzjarju ghall-kumpanija koncernata, mhux biss minhabba s-serq ta’ flus, izda wkoll minhabba l-effetti serji, ta’ natura fizika, psikologika jew mentali li incidenti bhal dawn jistghu jhallu fuq il-haddiema. Ghal kumpaniji li jiddependu fuq kwalita gholja ta’ xoghol u ta’ servizzi li jaghtu, dawn l-effetti fuq il-haddiema jistghu jkollhom konsegwenzi li jmorru lil hinn mit-telf ta’ flus. |
| Ghalkemm wiehed qatt ma jista’ jghid li elimina | ghal kollox ir-riskju ta’ vjolenza jew serq, madankollu ir-riskju jista’ jitnaqqas konsiderevolment. Barra minn hekk, jezistu diversi inizjattivi li jistghu jittiehdu biex jitnaqqsu l-konsegwenzi. Dan il-process jista’ jkun facilitat jekk wiehed javvicina l-problema tal-vjolenza u ta’ serq minn istituzzjonijiet finanzjarji bhallikieku hija sitwazzjoni ta’ riskju ghas-sahha u s-sigurtà fuq il-post tax-xoghol. Jekk dan isir, wiehed ikun jista’ japplika l-istess principji u juza l-hafna sorsi ta’ nformazzjoni li jezistu dwar il-kontroll tar-riskji ghas-sahha u s-sigurtà fuq il-post tax-xoghol. |
| L-Awtorità ghas-Sahha u s-Sigurta’ fuq il-Post | tax-Xoghol, ippreparat dokument imsejjah ’Violence at the Place of Work – An Integrated Policy for the Security of Persons inside Financial Institutions’. Dan id-dokument huwa ntiz li jservi bhala bazi ghal iktar diskussjoni dwar is-suggett. Dan id-dokument jistieden lil dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji koncernati biex jizviluppaw policies integrati f’konsultazzjoni mal-haddiema u mar-rapprezentanti taghhom. |
| Dan id-dokument bl-ebda mod m’ghandu jitqies bhala policy | finali li tista tkun addottata minghajr tibdil, imma ghandu jservi bhala l-bazi li fuqu kull kumpanija tista tizviluppa l-policy taghha skond ic-cirkostanzi ndividwali. |
| Id-dokument jittratta diversi suggetti, fosthom l-immaniggjar | tas-sahha u s-sigurtà fuq il-post tax-xoghol, l-impenn manigerjali fil-harsien tas-sahha u s-sigurtà il-partecipazzjoni tal-haddiema, it-tahrig tal-haddiema, konsiderazzjonijiet generali dwar l-Integrated Security Policy, l-immaniggjar tar-riskju, screening, l-edukazzjoni, il-provizjoni ta’ sistemi t’appogg wara vjolenza, u strategija ta’ kommunikazzjoni. Wiehed jista’ jifhem li whud mis-suggetti trattati jistghu, minhabba n-natura taghhom, ikunu polemikuzi. Propju minhabba din ir-raguni tezisti l-htiega ta’ diskussjoni dwarhom. |
Id-dokument qed ikun cirkolat lil diversi kumpanniji finanzjarji. Madankollu jista’ jservi ta’ ghajnuna ghal kull kumpannija jew istituzzjoni li tahdem bil-flus kontanti. Kull min ma rceviex kopja ta’ dan id-dokument, izda jahseb illi jista jkun ta’ utilità ghalih jew ghall-kumpannija tieghu, jista’ jakkwista kopja min fuq il-website tal-Ministeru, jigifieri: http://msp.gov.mt jew jikkuntattja lill-Ministeru ghall-Politika Socjali fuq: 25903446 jew info.msp@gov.mt.
Huwa l-hsieb ta’ l-Awtorità ghas-Sahha u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xoghol li dan id-dokument jigi diskuss is-sena d-diehla waqt konferenza li ser issir apposta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN