Left arrow Go Back

MALTA TIRTIRA R-RISERVA GEOGRAFIKA GHALL-KONVENZJONI TAL-1951 DWAR L-ISTATUS TAR-RIFUGJATI

pr1907
Date Icon 17/12/2001
Nhar il-Hamis, 13 ta’ Dicembru 2001, Malta irtirat ir-riservageografika li kienet ghamlet meta fl-1971 iffirmat il-Konvenzjoni tal-1951 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istatus tar-Rifugjati.
Sal-lum Malta kellha obbligu internazzjonali litirrikonoxxi biss rifugjati li jkunu Malta minhabba avvenimenti li graw fil-kontinent Ewropew. Malta issa nehhiet din ir-restrizzjoni, peress li wara li dahal fis-sehh l-Att tal-2000 dwar ir-Rifugjati, ghandha l-organi taghha stess sabiex tirrikonoxxi rifugjati minn kull parti tad-dinja.
Bhala sitwazzjoni ta’ fatt dana kien digà qed isirbilli l-maggoranza tar-rifjugati li huma rikonoxxuti mill-Gvern Malti huma dawk li kienu hekk maghrufa mill-UNHCR u dawn fil-kotra taghhom huma minn barra mill-Ewropa.
Ma hux facli li wiehed jigi klassifikat bhalarifjugat, u sabiex dan isir irid ikun hemm prova li hemm biza’ soda (‘well founded fear’) li persuna jekk tintbaghat lura f’pajjizha tigi persegwitata.
Barra din ir-riserva Malta irtirat riservi ohrafosthom dik li kellha x’taqsam mad-dritt li rifugjati jahdmu f’Malta; fil-fatt il-Gvern ftit wara li ghadda l-ligi dwar ir-rifugjati beda jaghti permess ta’ xoghol lil min hu legalment rikonoxxut bhala rifugjat. B’hekk ukoll beda jigi evitat l-isfruttament tal-vulnerabilità tar-rifugjati li jinsabu f’Malta.
Malta kienet ilha tigi kritikata minn organiinternazzjonali, l-aktar dawk li jahdmu fil-kamp tad-drittijiet tal-bniedem, minhabba dawn ir-riservi li kienet imponiet fl-1971 meta irratifikat il-Konvenzjoni tal-1951 u li ilhom fis-sehh ghal iktar minn 30 sena.
F’Ottubru li ghadda inhatar l-ewwel Kummissarjutar-Rifugjati, is-Sur Charles Buttigieg, u l-ewwel Bord ta’ Appell maghmul mill-Professur Henry Frendo, Dottor Carmelo Testa u Dottor Tonio Grech.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow