Diskors MILL-ONOR. DR. ANTOINE MIFSUD BONNICI, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, WAQT l-inawgurazzjoni tal-Podology and Speech Therapy clinics, F’San Vincenz de Paul - Il-Gimgha 14 ta' Dicembru 2001
Il-lejla qeghdin nattendu ghall-avveniment iehor f’din ir-Residenza San Vincenz de Paul. Nista nghid b’certu sodisfazzjon li din is-sena li waslet biex tispicca kienet sena li fiha kellna diversi progetti mwettqa li bihom zgur komplejna ntejjbu l-kwalita’ tal-hajja tar-residenti li hawn hawnhekk.
Din is-sena, inawgurajna l-blokk gdid ta’ wards – is-Serenity Wards. Blokk mibni totalment gdid minflok il-Female Wards 19 u 20. Serenity wards, mibnija fi tliet sulari, li jospitaw b’kollox 120 anzjana fl-akbar kumdita u attrezzati bil-facilitajiet kollha necessarji ghar-residenti. Ir-refurbishment u modernizzar ta’ diversi wards kompla matul is-sena kollha u proprju f’Novembru ftahna mill-gdid is-St. Francis Wards 5 u 6, wara li dawn gew modernizzati totalment fuq l-istil tas-Serenity Wards. Sar refurbishment estensiv u installazzjoni tas-sistema arja kundizzjonata fis-Sick Bays tas-Sala 1, Ruzar Briffa. Fil-prezent qeghda ssir installazzjoni tal-aircondition f’wards ohra li kien ghad m’ghandhomx, u refurbishment f’diversi wards.
Il-qabza fil-kwalita’ tal-hajja li l-anzjani u persuni b’dizabilita rikoverati hawnhekk qeghdin igawdu ma tiddependix biss mit-titjib kontinwu fl-istruttura u fl-infrastruttura li qieghed isir. Fattur importanti ghal din il-qabza fil-kwalita’ insibuh fis-servizz ta’ kura u fis-servizz mediku u paramediku li qeghdin naghtu lir-residenti. Din is-sena gew impjegati numru ta’ nurses godda u careworkers godda biex b’hekk tejjibna s-servizz ta’ nursing u kura lill-anzjani. F’dan ir-rigward irrid nghid li qeghdin f’diskussjonijiet biex jigu mpjegati aktar careworkers biex inkomplu nzidu il-complement taghhom u b’hekk inkomplu ntejjbu s-servizz.
Il-progress fil-kura tar-residenti huwa ukoll dovut ghall-funzjonament ahjar tad-diversi dixxiplini paramedici li ghandna f’din ir-residenza.
F’San Vincenz, il-Physiotherapy Department kellu l-bidu tieghu fl-1950. Sussegwentement gie maghluq u rega nfetah fl-1976. Fis-26 ta’ Frar, 1989, gie trasferit f’post akbar fil-kumpless Ruzar Briffa fejn hu llum u minn fejn qed jiffunzjona ferm ahjar. Prezentament dan id-dipartiment qed jaghti servizz lir-residenti ta’ hawnhekk; servizz regolari lill-anzjani li jattendu d-diversi Day Centres; kif ukoll fid-diversi djar tal-Anzjani tal-Gvern. Qed jinghata ukoll servizz lil xi anzjani f’darhom stess fil-komunita’.
L-Occupational Therapy Department gie riorganizzat u miftuh ufficjalment fit-8 ta’ Dicembru, 1989. Prezentament ghandna 9 Occupational Therapists li jahdmu f’dan id-dipartiment. Jinghata servizz kemm lir-residenti u anke anzjani li jghixu fil-komunita’. Fis-sena 2000, 265 residenti rcevew is-servizz kullxahar u 53 persuni fid-Day Centres. Prezentement qed jinghata servizz ta’ madwar 20 siegha fil-gimgha fid-djar tal-anzjani tal-Gvern.
Servizz iehor li r-residenti jibbenifikaw minnu huwa s-servizz dentali. Prezentement id-Dental Clinic tifforma parti mid-Day Clinic f’din ir-Residenza. L-istaff jinkludi dental surgeon permanenti, 2 visiting house surgeons, senior dental hygienist u zewg dental technologists. Ix-xoghol li jsir jinkludi oral screening, dental extractions, fillings, dental prosthesis u oral hygiene.
Il-lejla qeghdin ninawguraw zewg klinici paramedici ohra – il-Podology Clinic u lis-Speech Therapy Clinic – it-tnejn importanti f’dan il-qasam. Is-servizz tal-podologija huwa mportanti meta wiehed jikkunsidra l-kura generali ta’ persuna anzjana. Programmi u sistemi ta’ kura ta’ sahha komprensiva bilfors iridu jinkludu s-servizz tal-Podologija fl-ezami primarju. Podologisti ghandhom ikunu parti mit-team ta’ kura medika primarja u jridu jigu nvoluti fl-aspetti medici u socjali tal-kura gerjatrika. Fis-sena 2000, kien hemm madwar 30,000 anzjani li gew ikkurati minn podologisti fil-Health Centres – jigifieri 75% tal-klienti kollha. F’San Vincenz dan is-servizz inghata lil 1700 anzjani.
It-team Podogerjatriku ser ikun jikkonsisti fi Principal Podologist li ser ikun in-charge, u Assistant Principal Podologist u 3 Podologisti ohra. Mill-bidu tas-sena 2002 is-servizz tal-Podologija irid jilhaq id-djar residenzjali kollha tal-Gvern u anke Zammit Clapp Hospital. Qed isiru arrangamenti biex isiru programmi edukattivi dwar il-kura tas-saqajn tal-anzjani. Dawn it-tahdidiet ser ikunu offruti lil Kunsilli Lokali, Day Centres u il-Caritas. Qed tigi studjata l-possibilita biex anzjani li huma housebound f’darhom ikunu jistghu jircievu s-servizz ukoll.
Speech Therapy Clinic ghandha l-funzjoni li taghmel assessment u trattament ta’ dawk ir-residenti li jkollhom diffikulta biex jikkomunikaw u biex jibilghu jew jieklu. Pazjenti jigu trattati individwalment jew fi gruppi skond il-bzonnijiet li jkollhom. Prezentement ghandna 2 speech therapists li qed jaghtu s-servizz f’San Vincenz u li sal-bierah kienu jiffunzjonaw mill-Occupational Therapy Department.
Irridu li fil-futur l-ispeech therapists ikunu kapaci li joholqu attivitajiet ghal numru ta’ pazjenti biex b’hekk tizdied il-partecipazzjoni; itejjbu l-iskills interpersonali tal-pazjenti u jinkoraggixxu l-komunikazzjoni socjali. Iz-zieda fil-facilitajiet li qed ninawguraw illum u biz-zieda possibli tal-istaff complement fil-futur dawn l-objettivi jkunu jistghu jintlahqu.
Fit-titjib tal-kwalita’ tal-hajja tar-residenti hawnhekk ahna konvinti li l-progress fis-servizzi paramedici li qeghdin nipprovdu huwa fattur determinanti. L-operat ta’ dawn iz-zewg klinici godda li ser nifthu dalwaqt flimkien ma dawk tal-klinici ohra diga ezistenti ser ikompli jghinna biex insahhu dik il-qabza fil-kwalita’ tal-hajja li l-anzjani qeghdin igawdu hawnhekk. Ma rridux inkunu kompjacenti u niefqu hawn. Anzi rridu nharsu ’l quddiem u nuru determinazzjoni akbar biex inkomplu nkabbru l-progress li sar f’dan l-ahhar snin.
Ftit granet ohra u nidhlu f’sena gdida. Is-sena 2002 trid tara x-xoghol kontinwu ghaddej biex jitwettaq progett iehor kbir - fuq l-istess livell tas-Serenity Wards. Qieghed nirreferi ghall-progett ambizzjuz tat-twaqqiegh tal-wards 1-2-3-4 tal-irgiel u tal-wards 1-2-3-4 tan-nisa.
Progett li ser jitwettaq f’zewg fazi; bl-ewwel fazi li suppost bdejna dan ix-xahar izda minhabba certi ragunigiet ghadha ma nbdietx. Ma nistghux inhallu zmien aktar x’jintilef u fil-bidu tas-sena ix-xoghol irid jibda. Ghandna l-kuntrattur lest biex jibda kif nghidulu.
Waqt li huwa veru li kumitat, organizzazjoni jew awtorita’ ikollhom certi kriterji li jridu jimxu fuqhom, huwa wkoll veru li fil-hajja jezistu ukoll certi prijoritajiet li ghandhom jigu rispettati u li ghandhom jirbhu fuq kull konsiderazzjoni ohra. Fil-hajja ta’ kuljum ta’ San Vincenz de Paul, l-eprem prijorita’ hija l-kwalita’ ta’ hajja li rridu li l-anzjani residenti jgawdu.
U zgur din il-kwalita’ ta’ hajja ma jistghux igawduha jekk ghal xi pretest jew iehor inhallu lill-anzjani taghna jabitaw f’wards li ilhom jezistu aktar minn mitt sena u li kienu jiffurmaw parti minn bini li dak iz-zmien kienu jsejhulu ‘Poor House’ – wards, li zgur huma ta’ insult ghad-dinjita’ tal-persuna anzjana fiz-zminijiet tal-lum, fil-bidu ta’ dan it-tielet millenju.
U lil min ma jikkondividix dan it-twemmin taghna, nghidlu li zgur li jasal biex jaqbel maghna kieku kellu jsib ruhu fis-sitwazzjoni li jkollu xi familjari tieghu – missieru jew ommu – li jkollu bzonn jigi rikoverat f’din ir-residenza. Jiena nahseb u nhossni perswaz li l-ewwel premura ta’ din it-tali tkun li lil dan il-familjari tieghu jsiblu post f’ward moderna u attrezzata bil-kumditajiet kollha necessarji. U allura, f’gieh is-sewwa, ejjew ma noqoghdux infettqu u ejjew biex ilkoll flimkien naghmlu dak kollu li nistghu biex inkomplu naghtu lir-residenti ta’ San Vincenz de Paul dik il-qabza ta’ kwalita fil-hajja taghhom li huma ghandhom dritt ghaliha.
Nikkonkludi billi nirringrazzja lil kull min b’mod jew iehor ghen biex illum stajna nifthu dawn iz-zewg clinics. Lill-haddiema kollha involuti, kemm dawk tal-kuntrattur, u kemm specjalment lill-haddiema ta’ San Vincenz li kienu responsabbli ghall-parti kbira tax-xoghol li sar. Grazzi lil kulhadd, izda ppermettuli nghid grazzi specjali lil Charlie Sultana, li kien il-mutur wara dan il-progett. Fl-ahharnett, nixtieq lil kulhadd il-Milied it-tajjeb u Sena gdida mimlija risk u barka.
Grazzi.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN