Left arrow Mur Lura

L-E.T. IL-PRESIDENT TA' MALTA U S-SINJURA TIEGĦU SE JIPPRESJEDU L-ILLUMINAZZJONI TAS-SIĠRA TAL-MILIED FIL-PJAZZA TAL-PALAZZ, IL-BELT VALLETTA

pr1902
Date Icon 14/12/2001

L-Eċċellenza Tiegħu l-President ta' Malta u s-Sinjura de Marco se jippresjedu l-bidu ta' l-attivitajiet b'risq il-Malta Community Chest Fund għada, is-Sibt, 15 ta' Diċembru 2001, fis-sitta ta' filgħaxija, fil-Pjazza tal-Palazz, il-Belt Valletta.

L-attivitajiet għal żmien il-Milied mill-Community Chest Fund se jibdew billi tinxtgħel is-siġra tal-Milied li ntramat apposta fi Pjazza San Ġorġ. Wara, permezz ta' helikopter, se jasal Father Christmas li jitniżżel fuq il-bejt tal-Palazz. Kif issa saret id-drawwa, diversi persuni lebsin ta' Father Christmas sejrin jixxabtu mal-faċċata tal-bini tal-Palazz u jinżlu qalb in-nies li mistennija jkunu preżenti fil-Pjazza.

Waqt din l-attivita` sejrin jinġabru fondi f'risq il-Malta Community Chest Fund biex wara jiġu moghtija f'okkażjonijiet futuri lil diversi istituzzjonijiet u persuni fil-bżonn.

Attivita` ohra biex jinġabru fondi b'risq il-Malta Community Chest Fund hija Ice Skating Evening fl-Eden Ice Arena, San Ġiljan taht il-patroċinju tas-Sinjura de Marco. L-attivita` se ssir nhar il-Ħadd, 16 ta' Diċembru, fit-tmienja ta' filgħaxija, u d-dħul kollu se jmur b'risq il-Malta Community Chest Fund.

Nhar it-Tnejn li ġej l-E.T. il-President ta' Malta u s-Sinjura de Marco se jippreżentaw f'isem il-Malta Community Chest Fund diversi għajnuniet lil istituzzjonijiet filantropiċi u persuni fil-bżonn. Dan se jkun jikkonsisti f'għajnuna finanzjarja, apparat speċjaliżżat u diversi għajnuniet oħra.

Fis-sena 2001, s'issa il-Malta Community Chest Fund diġà qassmet is-somma ta' aktar minn Lm 183,000 lill-persuni fil-bżonn u s-somma totali li se tkun ippreżentata l-ġimgħa ddieħla hija l-ogħla waħda li se tingħata għal din is-sena.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow