Party tal-Milied ghal dawk li jircievu s-servizz tal-Homehelp
pr1899
14/12/2001
| Illum il-Gimgha, 14 ta' Dicembru, madwar 700 anzjani li jircievu s-servizz | tal-Homehelp mid-Dipartiment ta’ l-Anzjani u Servizzi fil-Komunità attendew ghall-party tal-Milied gewwa l-Belleview Restaurant fil-Mellieha. |
| F'diskors lill-anzjani prezenti, Dr Antoine Mifsud | Bonnici, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, fisser li ghall-Gvern il-priorita' tal-politika tieghu dwar l-anzjani hija li sakemm u safejn hu possibbli il-persuna anzjana l-ahjar li tibqa tghix f'darha, fil-kumdita' fejn ilha tant tghix. Huwa b'dan l-iskop li l-istat qieghed jipprovdi s-servizzi fil-komunita' lill-anzjani u persuni bi bzonnijiet specjali - servizzi bhal Homehelp, Telecare, Handyman, Meals on wheels, Incontinence service, u anke d-Day Centres. Huwa bl-ghajnuna ta' dawn is-servizzi li diversi anzjani s'issa rnexxilhom li jibqghu jghixu f'darhom u ma gewx istituzzjonalizzati. Dawn is-servizzi qed jiswew eluf kbar ta liri. |
| Dwar is-servizz tal-Homehelp, Dr Mifsud Bonnici qal | li dan huwa servizz importanti u ta' ghajnuna kbira ghall-anzjani. Bhal issa hemm madwar 2700 'household' f'Malta u Ghawdex li qed jaghmlu uzu minn dan is-servizz. Huwa appella lill-anzjani kollha li m'ghandux isir abbuz minn dan is-servizz. Persuna anzjana li m'ghandiex bzonn dan is-servizz m'ghandiex tippretendi li trid tiehdu bil-fors. Dan is-servizz ghandu jinghata biss lil dawk il-persuni li veru ghandhom bzonnu. Huwa qal li mis-sena d-diehla, il-Bord li huwa responsabbli mill-allokazzjoni ta' dan is-servizz, ser ikun aktar attent biex dan is-servizz jinghata zgur skond il-gustizzja socjali. |
| Fl-ahhar tad-diskors tieghu, Dr Mifsud Bonnici | fil-waqt li rringrazzja l-istaff kollu tax-xoghol taghhom lejn l-anzjani, ta l-awguri tieghu lil kulhadd ghal Milied hieni u sena gdida mimlija risq u barka. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN