JIBDEW L-ATTIVITAJIET TAL-MILIED 2001 FIL-BELT VALLETTA
Il-Attivitajiet tal-Milied 2001 fil-Belt Valletta imħejjija mill-Kummissjoni Nazzjonali Folklor fi ħdan id-Dipartiment tal-Kultura b'risq il-Malta Community Chest Fund jibdew għada, is-Sibt 15ta' Diċembru.
Filgħaxija, fis-17.45 isir marċ mill-Banda tal-Pulizija minn Pjazza Helsien sa Pjazza San Gorg, fejn il-E.T il-President ta' Malta jinawgura l-Kampanja Milied Hieni bil-mixgħela tradizzjonali tas-sigra tal-Milied fejn wara isir programm vokali u strumentali mill-Banda tal-Pulizija.
Fl-istess ħin jibdew il-programmi ta' taħt it-tinda fi Pjazza Helsien, fejn ser ikun hemm programm varjat ta' kant, bis-sehem ta' David Azzopardi, Maria Esmeralda Galea, Rosman Pace, il-Bayzo, Filippa Farrugia Randon, Mark Tonna, Marisa D'Amato, Adelina Attard u Joe Cutajar. Ser ikun hemm ukoll zfin mill-grupp ta' Alicia Joy u akrobazjija mill-grupp Acrobatic Jumpers. Il-programm jispicca bil-kant ta' għanjiet tal-Milied minn Marvic Scerri u Carlos Choir.
Stephanie Spiteri u John Suda ser imexxu s-serata.
Ta min jgħid ukoll li għada se jinxtegħlu t-toroq kollha li qed jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet li din is-sena qed isiru mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Il-lejla se jinfetħu l-presepji kollha li qed jieħdu sehem fil-kompetizzjoni li din is-sena qed isiru mill-Għaqda Ħbieb tal-Presepji. Dawn il-Presepji jibqgħu miftugħa għall-pubbliku, sa nhar is-6 ta' Jannar, kuljum bejn il-5.30p.m. u t-8.30p.m. Dawn il-kompetizzjonijiet kollha qed isiru bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Folklor
Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Nazzjonali Folklor, Kamra 109, Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Floriana, jew fuq numri tat-telefon 21 247241, 21 249274.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN