Left arrow Mur Lura

IMFAKKAR JUM IR-REPUBBLIKA F'GĦAWDEX

pr1896
Date Icon 13/12/2001

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, ppresediet l-attivitajiet organizzati f'Għawdex sabiex jiġi mfakkar is-27 anniversarju ta' Malta Repubblika.

Iċ-ċerimonja ngħatat bidu mill-Banda tal-Pulizija illi akkumpanjat il-wasla ta' l-Onor. Ministru fi Pjazza Indipendenza, Victoria. L-attivita` laħqet il-qofol tagħha permezz tat-tqegħid ta' fjuri mal-Lapida kommemorattiva li tfakkar il-jum ta' nhar it-13 ta' Diċembru 1974. Waqt l-istess ċerimonja l-Banda tal-Pulizija eżegwiet programm mużikali illi wasal fi tmiemu bid-daqq ta' l-Innu Malti. Wara, il-Banda tal-Pulizija eżegwiet marċ minn Pjazza Indipendenza sa Pjazza San Franġisk fejn akkumpanjat il-wasla tal-President ta' Malta, il-Prof. Guido de Marco.

Iktar tard wara ċ-ċerimonja, il-President ta' Malta, il-Prof. Guido de Marco u s-Sinjura de Marco taw riċeviment f'okkażjoni ta' Jum ir-Repubblika ġewwa s-Swali ta' l-Esibizzjonijiet, fil-Ministeru għal Għawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow