DISKORS MILL-PRESIDENT TA’ MALTA, L-E.T. PROF. GUIDO DE MARCO, WAQT IC-CERIMONJA TA’ INVESTITURA (JUM IR-REPUBBLIKA) FIL-PALAZZ, IL-BELT VALLETTA – 13 TA’ DICEMBRU 2001
pr1895
13/12/2001
| Dan il-Palazz, din is-sala unika, huma sfond dehen ghac-celebrazzjoni | annwali ta’ Jum ir-Repubblika. Din is-sala tixhed rikkezza ta’ storja minsuga ma’ l-identità taghna. Tixhed ukoll ix-xoghol u d-dedikazzjoni ta’ pajjizna. Ix-xoghol huwa element essenzjali u integrali ta’ din l-identità. |
| Ftit huma r-rizorsi naturali gewwa gziritna. Bil-hila u l-kapacità | tieghu, il-poplu Malti rnexxielu jibni livell ta’ ghixien tajjeb u kwalità ta’ hajja decenti. Dan nafuh ukoll lil missirijietna li thabtu biex jiksbu d-drittijiet taghna, u li emmnu li dawn id-drittijiet ghandhom ikollhom il-fondament taghhom fl-Indipendenza tal-poplu taghna, fil-libertà u d-demokrazija. Dan kien l-impenn ta’ generazzjonijiet shah ta’ Maltin u jifforma parti mit-twemmin taghna. |
| Ahna nghixu dan l-impenn. Il-kisbiet tan-nazzjon Malti huma rizultat | ta’ direzzjoni politika u l-kontribut ta’ tant nies li mexxew lil dan il-pajjiz fit-triq ta’ socjetà hanina u inkluziva, u li wassluna biex inkunu pont ta’ ftehim fost il-kulturi u l-popli tar-regjun taghna. |
| Qed naraw, fir-regjun taghna u ’l hemm minnu, gwerra u | konflagrazzjoni. Rajna l-effetti tat-terrorizmu, it-tbatija ta’ popli li jghixu taht okkupazzjoni tal-barrani, u l-mizerja tar-refugjati. Qed nitilfu l-potenzjal kbir ta’ tant miljuni ta’ nies. Nies li flok ma qed jahdmu ghall-generazzjoni tal-gid ghall-beneficcju taghhom u tal-komunità u ghall-paci fid-dinja, qed isofru l-vjolenza tat-terrorizmu, ic-cahda ta’ arthom, u l-umiljazzjoni tal-harba minn darhom. |
| Ghandna l-fortuna li nghixu f’pajjiz li qieghed fil-paci mieghu | nnifsu u mal-girien tieghu. Nirringrazzjaw ’l Alla ghal dan id-don li tana. |
| Il-Kostituzzjoni ssawwar il-kredenzjali u t-twemmin repubblikan | taghna, ewlieni fosthom id-dritt u d-dover tax-xoghol, l-imhabba tal-libertà, u l-harsien tad-drittijiet fondamentali tal-bniedem. |
| Konna fortunati li rajna l-waqa’ ta’ l-ideologiji totalitarji li | jxandru l-glieda bejn il-klassijiet socjali. Bil-waqa’ tal-hitan ideologici, gharafna li kull min jahdem huwa haddiem – irrispettivament mix-xoghol tieghu, fi hdan parametri ta’ etika vera ta’ xoghol. |
…/2
| Kull wiehed u wahda minna, bix-xoghol taghna, nikkontribwixxu | ghall-gid tan-nazzjon. Tul il-firxa kollha ta’ hiliet u professjonijiet, mill-oghla awtoritajiet ta’ l-iStat sa l-apprendista zaghzugh, l-impjegat tac-civil u dak tas-settur privat, il-haddiem manwali u s-senior manager, il-mara tad-dar u l-haddiem fil-kamp ta’ l-informatika – ilkoll kemm ahna haddiema. Ahna lkoll naghmlu parti mill-mozajk shih tad-dinja tax-xoghol. |
| Bix-xoghol ahna nkabbru l-gid individwali u kollettiv, u nibnu | l-istituzzjonijiet. Ahna nahdmu ghall-gid taghna nfusna u tal-komunità. Ix-xoghol huwa valur, huwa dritt fondamentali u dover fondamentali. Bix-xoghol nitwettqu fid-dinjità. |
| F’din l-istess okkazjoni s-sena li ghaddiet, tkellimt dwar | il-patrijottizmu bhala valur li qatt ma jghaddi z-zmien minn fuqu. Illum, nafferma mill-gdid dak it-twemmin. Ix-xoghol li naghmlu ghalina u ghall-pajjiz huwa valur patrijottiku. Fil-hidma taghna ghal livell ta’ ghixien ahjar u ghal kwalità ta’ hajja itjeb, ahna qed nahdmu wkoll ghal socjetà b’sahhitha. |
| Illum, l-iStat qed jaghti gieh lil membri tal-komunità li taw | kontribut sinjifikanti ghall-gid materjali u intellettwali ta’ dan il-pajjiz u tal-poplu taghna: il-politiku, l-industrijalist u l-investitur, il-kirurgu ta’ hila u t-trade unjonista, il-haddiem tac-civil u l-haddiem fil-kamp tal-volontarjat. Dawk li qed jigu onorati llum huma biss rapprezentanti ta’ dik il-kotra li jixirqilha wkoll li tigi moghtija gieh ghad-dedikazzjoni lejn ix-xoghol u l-imhabba ghall-poplu Malti. |
| Illum qed naghtu unur partikolari. Imma min se jircievi dan l-unur | mhux hawn biex jaqsam maghna din l-okkazjoni. Qed nirreferi ghall-Kuntistabbli Roger Debattista li qed jigi onorat bil-Medalja ghall-Qlubija. Tilef hajtu waqt il-qadi ta’ dmiru, ghat-tharis ta’ l-ordni pubbliku u tal-ligi tal-pajjiz, ghad-difiza ta’ ghajru. |
| "Hadd ma ghandu mhabba akbar minn din: li wiehed jaghti hajtu | ghal hbiebu." (Il-Vangelu ta’ San Gwann, 15:13) |
| Inbaxxu rasna quddiem dan l-eroizmu. Nemmnu li l-qlubija u l-kuragg | huma valuri intrinsici ghac-civiltà. Ahna u naghtu gieh lill-Kuntistabbli Debattista, qed infakkru wkoll dawk l-eghmejjel ta’ kuragg ta’ kuljum li hafna haddiema jaghmlu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. |
| Din is-sala, xhieda ta’ hafna avvenimenti importanti tul l-istorja | taghna, hija tassew sfond xieraq ghall-persuni li lilhom qed naghtu gieh illum. |
| Ir-Repubblika ta’ Malta tapprezza l-hidma taghhom u tara f’ghemilhom | il-principji li ahna nhaddnu, il-valuri li ghandna nghixu. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN