L-E.T. IL-PRESIDENT TA' MALTA JIPPRESIEDI L-PREZENTAZZJONI UFFICJALI TAL-KTIEB 'THE SOVEREIGN PALACES OF MALTA'
pr1890
12/12/2001
| Il-President ta' Malta l-E.T. il-Prof. Guido de Marco ippresjeda | l-prezentazzjoni ufficjali tal-ktieb 'The Soverign Palaces of Malta' li saret illejla l-Erbgha 12 ta' Dicembru 2001, fil-Palazz, il-Belt. |
| Il-ktieb huwa pubblikazzjoni ta' Miranda | Publishers u ghandu kitba tal-Markiz Nicholas de Piro b'ritratti tas-sur Daniel Cilia. 'The Soveriegn Palaces of Malta' jiffoka fid-dettal fuq il-Palazz Magisterjali tal-Belt; il-Palazz ta' San Anton, H'Attard kif ukoll il-Kastell ta' Verdala fil-Buskett, u jigbor fih mall-200 ritratt bil-kulur. |
| L-awtur jaghti harsa fil-fond lejn l-istorja ta' dawn | it-tliet Palazzi u b'mod partikolari fuq in-nies ta' kull kariga u livell li kienu jokkupaw dan il-Bini tul is-sekli. Fir-ricerka tieghu l-awtur iltaqa` ma' diversi manuskritti, li qatt ma kienu ppublikati qabel, u dawn servew biex jitfghu dawl gdid fuq il-hakkiema u mexxeja tal-imghoddi u l-istil ta' hajja li kienu jghixu. |
| De Piro jitkellem fuq kull min ghex f'dawn it-tliet | Palazzi: mis-sefturi sal-Gran Mastri; mill-gardinara ghall-Gvernatur u mill-gwidi, li jdawru t-turisti ma' dawn it-tliet postijiet storici u imponenti f'pajjizna, sal-Presidenti tar-Repubblika. |
| Fi kliem l-E.T. il-President ta' Malta l-Prof. Guido de Marco, li | kiteb id-dahla tal-ktieb; "Dawn it-tliet Palazzi huma hafna aktar minn riflessjoni ta' l-istorja ta' dan il-Pajjiz, huma jinvokaw il-passat taghna. B'hekk jinholqu parametri ghall-futur tal-Pajjiz fejn il-grajjiet tal-bierah jghagnu ruhhom ma' dawk ta' ghada, jipproklamaw is-sovranita` ta' poplu u d-determinazzjoni li jinbena futur ta' paci fir-regjun taghna." |
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN