Left arrow Go Back

Skambju ta' Ħaddiema bejn l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u dak ta' Munich

pr1883
Date Icon 12/12/2001
Bħala parti mill-programm ta' l-Unjoni Ewropeja,Leonardo Da Vinci, seba' ħaddiema mill-Ajruport ta' Munich qed jagħmlu żmien ta' taħriġ vokazzjonali fl-ajruport ta' Malta. Qed isiru l-arranġamenti meħtieġa biex fis-sena 2002, ħaddiema tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta jmorru jagħmlu żmien ta' taħriġ fl-ajruport ta' Munich biex ikomplu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom fl-ispirtu tal-iskopijiet tal-programm Leonardo Da Vinci u ta' l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Il-Programm Leonardo Da Vinci hu maħsub biex itejjebil-kwalita' u l-innovazzjoni fit-taħriġ vokazzjonali, biex jagħti dimensjoni Ewropea u biex jippromwovi l-kunċett tat-tagħlim tul il-ħajja fid-dawl ta' l-iżviluppi teknoloġiċi u l-innovazzjoni.
L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u l-AjruportInternazzjonali ta' Munich iffirmaw ftehim ta' kooperazzjoni bejniethom fil-proġett "Eurolearn Exchange Programme for Trainees" kif ukoll biex jaħdmu flimkien fuq attivitajiet oħra taħt il-programm Leonardo Da Vinci. Il-ftehim jinkludi wkoll il-bdil ta’ ħaddiema taż-żewġ Ajruporti għal raġunijiet ta' taħriġ vokazzjonali.
Id-Diviżjoni tar-Riżorsi Umani fl-AjruportInternazzjonali ta' Malta ħejjiet programm intensiv ta' tliet ġimgħat għall-ħaddiema Tedeski. Il-Programm kien jinkludi taħriġ prattiku fit-taqsimiet differenti ta' l-Ajruport ta' Malta kif ukoll numru ta' proġetti li fihom il-ħaddiema jippreżentaw rapporti dwar l-esperjenza tagħhom fit-taqsimiet fejn ikunu ħadmu. Ma naqsux attivitajiet kulturali u soċjali.
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea ltaqamal-ħaddiema Tedeski li waslu biex itemmu dan il-programm ta' taħriġ. F’din il-laqgħa mal-Ministru Louis Galea l-ħaddiema Tedeski kienu akkumpanjati minn Alfred Mangion, Division Manager Human Resources fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Il-Ministru qal li l-Programmi ta' l-Unjoni Ewropeaqed joffru opportunitajiet ġodda għal żvilupp kemm għall-istudenti kif ukoll għall-ħaddiema Maltin u barranin. Il-Ministru tenna li minn meta Malta bdiet tipparteċipa fil-Programm Leonardo Da Vinci diġa ibbenefikaw numru kbir ta' studenti u għalliema fl-istituzjonijiet vokazzjonali, ħaddiema f'kumpaniji u organizazzjonijiet oħra, kif ukoll organizazzjonijiet sħaħ. Bejn l-2000 u l-2001 se jkunu ibbenefikaw aktar minn 300 persuna mill-Programm Leonardo Da Vinci biss.
Il-Ministru Louis Galea ħeġġeġlill-organizazzjonijiet kollha li b'xi mod jew ieħor jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-programmi biex jagħmlu l-almu tagħhom biex jiksbu informazzjoni kif jistgħu jipparteċipaw. L-iżvilupp tal-ħaddiema jsarraf fi żvilupp għall-organizazzjoni stess, għalhekk jagħmel sens li l-organizazzjonijiet ikunu proattivi u jaħtfu dawn l-opportunitajiet li jeżistu. Il-Ministru temm jgħid li kemm Malta se tibbenefika minn dawn il-programmi jiddependi mill-kapaċita' tagħna bħala pajjiż li nsarrfu l-opportunitajiet li jeżistu f'benefiċċji tanġibbli għall-ħaddiema, l-organizazzjonijiet, l-industrija u s-soċjeta' kollha.
Alfred Mangion, f’isem l-Ajruport Internazzjonalita’ Malta u f’isem il-ħaddiema Tedeski, irringrazzja lill-Ministru Galea u qal li dan l-iskambju ta’ ħaddiema bejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u ajruporti oħrajn hu skond il-politika tal-kumpanija MIA li tagħti l-aħjar taħriġ possibbli lill-impjegati tagħha.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow