Il-ftehim dwar l-iskejjel tal-Knisja: Aġġornata il-Gwida tat-Twettieq
pr1882
12/12/2001
| Ftit aktar minn għaxar snin ilu, eżattament fit-28 ta' Novembru 1991 | kien iffirmat il-ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Knisja ta' Malta, dwar l-iffinanzjar ta' l-iskejjel tagħha. Fl-istess okkażjoni kien iffirmat ukoll il-ftehim dwar it-trasferiment tal-propjeta' tal-Knisja lill-Gvern Malti, liema ftehim kien iffirmat mill-Prim Ministru Dr. Eddie Fenech Adami u n-Nunzju Appostoliku ta' dak iż-żmien Mons. Pierre Luigi Celata. Dan kien riżultat ta' sentejn u nofs negozjati bejn il-Ministru ta' l-Edukazzjoni ta’ dak iż-żmien Dr. Ugo Mifsud Bonnici u n-Nunzju Celata. |
| Fuq kollox dan il-ftehim importanti kien ġab fi | tmiemu, perjodu xejn feliċi ta' kważi għaxar snin ta' tilwim u disgwid dwar il-pożizzjoni ta' l-iskejjel tal-Knisja f'Malta. |
| Permezz ta' dan il-ftehim, il-Gvern Malti u s-Santa | Sede fehmu li l-iskejjel tal-Knisja għandhom karattru pubbliku fis-sens li kienu se jaqdu funzjoni għall-pubbliku Malti kollhu u mhux għal xi sezzjoni partikolari, u li għalhekk dawn se jkunu bħal ma dejjem kienu, miftuħa bla diskriminazzjoni; waqt li jżommu l-karattru reliġjuż tagħhom u joqgħodu għar-regoli li jorbot dan il-karattru. |
| Il-Ftehim kien jipprovdi li mill-1 ta' Jannar 1992, | il-klassijiet Primarji u Sekondarji fl-iskejjel tal-Knisja f'Malta u Għawdex, eżistenti dak iż-żmien ikunu b'xejn u s-sena ta' wara kellhom isiru b'xejn ukoll iċ-Ċentri tal-Kindergarten eżistenti. Kien miftiehem ukoll il-mod kif il-Knisja u l-Gvern jikkontribwixxu biex l-iskejjel ikunu b'xejn. Fl-1986 l-iskejjel tal-Knisja rċevew Lm 262,000 f'sussidju, fl-1996 kienu qed jirċievu aktar minn Lm 6 miljun u għas-sena 2002 il-Gvern ivvota aktar minn Lm 9 miljun. Għalhekk bejn l-1986 u s-sena d-dieħla l-iskejjel tal-Knisja se jkunu rċevew madwar Lm 79 miljun f'sussidji. Kull sena aktar minn 17,000 tifel u tifla fi 58 skola, igawdu minn dan il-ftehim. |
| Sa mill-bidu tal-ftehim kien hemm strutturi jissejħu | "Guidelines" miktuba u miftehma bejn il-Gvern u l-Knisja, li jirregolaw fil-prattika dan il-ftehim. |
| Dawn il-Guidelines kienu u għadhom il-bażi | li fuqha mxew tajjeb ħafna iż-żewġ partijiet konċernati mill-amministrazzjoni ta' dawn l-iskejjel, jiġifieri s-Segretariat tal-Knisja għall-iSkejjel Kattoliċi fi ħdan il-Kurja u in-Non-State Schools Section tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. |
| L-iskejjel tal-Knisja kellhom ikollhom l-istess | kategoriji ta' għalliema bħall-iskejjel ta' l-iStat. L-għadd ta' għalliema u dawk li mhumiex għalliema fl-iskejjel tal-Knisja kellhom ikunu stabbiliti skond il-ħteġijiet ta' l-iskejjel u n-numru ta' tfal f'kull skola. Ir-Remunerazzjoni, inkluż is-sigurta' soċjali u l-bonus preskritti mill-liġi kienu stabbiliti għall-istess servizz u kwalifiċi, skond kif hu stabbilit għall-iskejjel ta' l-iStat. |
| Dawn il-kriterji kienu dejjem segwiti bir-reqqa iżda | ma kienux għal kollox formalizzati. Għalhekk inħasset il-ħtieġa li jkun formulat dokument, bi qbil bejn iż-żewġ partijiet u skond il-ftehim eżistenti mal-Unions konċernati. ad-Dokument ġie iffirmat Dalgħoldu fil-Kulleġġ St. Albert Il-Belt, mir-Rappreżentant tas-Segretarjat tal-Knisja, Fr. Domnic Scerri O.P., kif ukoll mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, is-Sur Paul Attard fil-preżenza tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN