Esebizzjoni ta’ Tpinġija tat-Tfal dwar it-Tolleranza
pr1873
10/12/2001
| Fl-okkazzjoni tal-Jum id-Drittijiet tal-Bniedem, | il-Kummissjoni Nazzjonali Maltija tal-UNESCO, bil-koperazzjoni tal-Youth Service Organisation fi ħdan id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, qed torganizza wirja ta’ l-Arti tat-Tfal bit-tema ta’ "Tolleranza bejn in-Nazzjonijiet u r-Reliġjonijiet". F’din il-wirja li qed tittella’ fil-Librerija Pubblika, il-Furjana, qed jieħdu sehem mitejn u ħamsin student u studenta ta’ etajiet differenti minn erbagħtax il-skola ta’ l-Istat, tal-Knisja u indipendenti. |
| Billi n-Nazzjonijiet Uniti iddedikat din is-Sena | għad-Djalogu bejn Iċ-Ċiviltajiet, kif ukoll bħala s-Sena Internazzjonali għall-Mobilizzazzjoni kontra r-Razziżmu, id-Diskriminazzjoni Razzjali, ix-Xenofobija u l-Intolleranza, din it-tema kien jixirqilha attenzjoni speċjali u għalhekk kien xieraq li f’dan il-Jum tittella’ din il-wirja ta’ xogħol tat-tfal fuq dan is-suġġett. |
| F’din l-istess ġurnata l-Uffiċju tal-Kummissarju | Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem f’Ġinevra qed iniedi sensiela ta’ attivitajiet u inizjattivi bħala tkomplija tal-proċess li nbeda bid-Dikjarazzjoni u Pjan ta’ Azzjoni li ħarġu mill-Konferenza Dinjija Kontra r-Razziżmu ġewwa Durban f’Awissu li għadda. L-OHCHR qed tħeġġeġ lill-Pajjiżi kollha biex jorganizzaw attivitajiet bħal dawn f’dan il-Jum. |
| Il-Professur Charles Farrugia, President | tal-Kummissjoni Nazzjonali Maltija tal-UNESCO għamel diskors ta’ ntroduzzjoni. Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, is-Sur Paul Attard inawgura l-wirja u għamel diskors ta’ l-okkazzjoni u wara qassam il-premijiet għal l-aħjar xogħolijiet ta’ l-istudenti. Fit-taqsima ta’ l-iskejjel primarji l-ewwel premju ngħata lil Elaine Bonnici mill-iskola Primaja A, Paola, filwaqt li t-tieni u t-tielet premju ngħataw lil Graziella Saliba, Our Lady Immaculate School u Rowena Mizzi, Paola Primary A, rispettivament. Fis-Sezzjoni miftuha għall-iskejjel sekondarji, ngħatat l-ewwel premju Kristine Zammit Endrich, minn San Anton School , it-tieni premju ngħata lil Keith Zammit, St. Paul’s Missionary College, filwaqt li t-tielet premju nghata lil Chantelle Grima, Sir Adrian Dingli Junior Lyceum. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN