Left arrow Mur Lura

GĦAJNUNA BIEX IL-BIEDJA TIBQA' SOSTENIBBLI

pr1858
Date Icon 06/12/2001

Il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd Ninu Zammit qal li t-Lm8 miljun lira li l-Gvern se joħroġ fit-tliet snin li ġejjin biex jgħin fl-iżvilupp u r-ristrutturar tal-qasam tal-biedja jikkostitwixxu l-ewwel parti tal-pakkett ta' għajnuna finanzjarja li fuq medda itwal ta' snin se tammonta għal għexieren ta' miljuni ta' liri bl-iskop li l-biedja lokali tibqa' effiċjenti u sostenibbli.

Il-Ministru Zammit, li kien qed jitkellem f'laqgħa għall-bdiewa f'Ħaż-Żabbar, organizzata mill-Kooperattiva Ċentrali tal-Bdiewa, tenna li l-protezzjoni li hemm għas-settur tal-biedja permezz tal-levies trid tispiċċa, nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea. Dan kien stqarru wkoll il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fi żmien li kien Prim Ministru.

Hu żied li d-differenza li teżisti bejn il-politika li qed isegwi l-Gvern u dik li trid issegwi l-Oppożizzjoni hi li filwaqt li bis-sħubija l-Unjoni Ewropea tgħina anki finanzjarjament biex insaħħu s-sostenibbiltà tal-biedja f'pajjiżna, bil-politika ta' Svizzera fil-Mediterran il-protezzjoni jkollha tispiċċa xorta waħda mingħajr ebda għajnuna mill-UE. Il-Ministru Zammit fakkar li sal-lum l-Oppożizzjoni għadha ma ddikjaratx x'għajnuna se tingħata lis-settur tal-biedja biex jirristruttura u jsir aktar effiċjenti kemm-il darba tkun segwita l-politika ta' Svizzera fil-Mediterran.

Hu għamilha ċara li l-levies se jitneħħew bil-mod il-mod, u t-tnaqqis fuq il-levies, fil-parti l-kbira, se jkun mifrux fuq diversi snin.

Il-Ministru Zammit tenna li bl-għajnuna li se tingħata, is-settur tal-biedja għandu jissaħħaħ, isir aktar kompetittiv u jtejjeb il-kwalità.

"Jekk irridu li l-biedja tibqa' sostenibbli u tibqa' tħares l-ambjent naturali tagħna billi tipprovdi l-konservazzjoni meħtieġa għall-kampanja tipika Maltija, irridu nkomplu ngħinu b'kull mezz lil dan is-settur," temm il-Ministru Zammit

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow