Left arrow Go Back

STEERING COMMITTEE DWAR IL-HOLQIEN TA' SKEMI GHALL-PARKEGG GHAR-RESIDENTI U GHAZ-ZONI KUMMERCJALI - L-EWWEL RIZULTATI MILL-PROGETT PILOTA FIR-RABAT U L-FONTANA

pr1846
Date Icon 05/12/2001

Mill-ewwel analizi li saret fir-Rabat u l-Fontana, Ghawdex, fejn il-gimgha li ghaddiet bdiet skema bi prova ghall-kontroll tal-parkegg, jirrizulta li anke fl-aktar hinijiet biezla tal-gurnata qed jinholoq spazju gdid ghall-parkegg ghax-xerrejja u ghar-residenti f'dawn iz-zoni.

Jirrizulta fil-fatt li f'hafna toroq u pjazez tac-centru storiku u kummercjali tar-Rabat u l-Fontana l-parti l-kbira tas-sewwieqa qed jirrispettaw il-limitazzjonijiet fuq il-parkegg skond ir-regolamenti l-godda, anke jekk fl-ewwel granet ta' l-iskema il-Gwardjani Lokali u l-Pulizija kienu qed johorgu biss avvizi lil dawk li m'obdewx ir-regolamenti.

F'gurnata ta' xoghol f'hames minuti wara l-ghaxra ta' fil-ghodu, erba' karozzi hallew spazji vojta fi Pjazza San Frangisk. Dawn l-ispazji ntuzaw minn nies li qdew qadja jew xirja qasira ta' siegha u wara siegha regghu hallew l-ispazju ghal haddiehor. Gimghatejn ilu ma kontx tista' timmagina li fl-ghaxra ta' fil-ghodu ssib tipparkja fi Pjazza San Frangisk, anke ghal qadja qasira.

Bl-istess mod, fl-istess gurnata u fl-istess hin, fi Pjazza Santu Wistin kien hemm hames spazji vojta, fejn qabel din il-pjazza kienet tkun mimlija bil-karozzi, anke b'karozzi pparkjati hazin. Terz tal-karozzi pparkjati fi Pjazza Santu Wistin fl-ghaxra ta' fil-ghodu ta' gurnata fost il-gimgha kienu qed juru l-arlogg tal-hin ta' l-ipparkjar. Dan ifisser li f'xi hin fis-saghtejn li kien imiss, terz tal-karozzi fi Pjazza Santu Wistin hallew spazju ghal haddiehor biex jipparkja wkoll.

L-istess analizi turi per ezempju li toroq bhal Triq Dun Pawl Micallef u Triq Ninu Cremona kellhom nofshom vojta bi spazju ghall-karozzi tax-xerrejja.

Dawn ir-rizultati inizjali mistennija jissahhu aktar meta dawk li jaghzlu li ma jobdux ir-regolamenti jiffaccjaw il-penalitajiet li tahseb il-ligi u ghalhekk jizdied aktar l-ispazju ghax-xerrejja li jridu jzuru r-Rabat u l-Fontana ghall-qadi u x-xiri taghhom.

Jirrizulta wkoll li numru sew t'impjegati li jahdmu fir-Rabat u l-Fontana qed jaghzlu li jmorru fi gruppi zghar fl-istess karozza minflok kulhadd qed juza l-karozza tieghu ghal rasu. Dan biex jilhqu l-ispazji li hemm ghalihom fil-parkegg ta' wara t-terminus tal-karozzi tal-linja jew l-aktar spazji qrib l-ufficju taghhom fiz-zona tar-Rabat u l-Fontana fejn m'hemmx limitazzjonijiet fuq il-hin tal-parkegg. Dan ukoll hu pozittiv ghax qed ifisser li l-istess numru ta' nies qed jitwasslu lejn il-kapitali Ghawdxija f'anqas karozzi, li jfisser anqas kongestjoni tat-traffiku u anqas emissjonijiet ta' dhahen ta' hsara ghas-sahha u ghall-ambjent.

L-iSteering Committee qieghed kostantament jissorvelja dak li qed jigri f'din l-iskema u jikkonsidra s-suggerimenti kollha li qed isirilu ghal titjib. Xi whud minn dawn is-suggerimenti digà kienu implimentati, ohrajn qed ikunu kunsidrati. Matul Jannar ser isiru wkoll laqghat ta' konsultazzjoni pubblika biex jingabru ahjar il-veduti varji dwar din il-materja. Sa dak inhar ser issir aktar analizi statistika dwar l-imgieba tas-sewwieqa u kif il-bidla f'din tejjbet il-kwalità tal-hajja tar-residenti tac-centru storiku, u ta' l-attività tac-centru kummercjali.

Sadanittant il-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali jistieden lil dawk kollha li ghandhom xi suggeriment biex jcemplu fuq 0800 77 23 73

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow