Left arrow Mur Lura

INDUSTRIJI AKTAR KONXJI MILL-AMBJENT

pr1841
Date Icon 04/12/2001

Il-ħarsien ta' l-ambjent hu d-dover ta' kulħadd. Dan il-prinċipju hu minsuġ fl-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent 2001. 'Iċ-ċittadini kollha' jinkludu l-industrja u n-negozji in ġenerali. Dan intqal mill-Onor. Dr. Francis Zammit Dimech, Ministru ghall-Ambjent, waqt il-prezentazzjoni ta' l-Environment Award for Industry, li saret fic-Centru ghall-Kreattivita' ta' San Gakbu, fil-belt Valletta.

Dr. Zammit Dimech qal li ħarsien effettiv ta' l-ambjent jirrikjedi li l-industrji jintegraw tħassib ambjentali ma' tħassib dwar in-negozju. Kemm dan it-tħassib jigi pprattikat jinbidel minn industrja għal oħra.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-impatt ta' l-industrja fuq l-ambjent kien sinifikanti. Dan l-impatt kien jinkludi il-konsum tal-materjal, risorsi ta' energija li ma jiġġeddux, emissjonijiet fl-arja u fl-ilma, produzzjoni ta' skart, u mhux l-inqas l-impatt socjali. Min-naħa l-oħra l-industrji jipprovdu prodotti u servizzi kif ukoll impjiegi. Għalhekk itejbu l-livell tal-għajxien tal-poplu u l-ekonomiji tal-pajjiż. Francis Zammit Dimech qal li t-tkabbir industrjali u ekonomiku għandna ninkoraġġuhom mingħajr tibdil irriversibbli ambjentali u billi tkun ikkunsidrata dejjem il-fibra soċjali tal-pajjiz. Dan hu l-iżvilupp sostenibbli.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li fl-Ewropa il-premjijiet ambjentali għall-industrja bdew jingħataw mill-1987. Minn dik is-sena din l-okkażjoni bdiet tkun organizzata kull sentejn, kull darba fi stat membru differenti. Il-premjijiet li jmiss se jingħataw f'Ġunju 2002. Fil-bidu dawn il-premjijiet kienu magħrufa bħala l-European Better Environment Awards for Industry. Illum dawn il-premjijiet saru magħrufa bħala l-European Awards for the Environment.

Biex industrja tkun nnominata għal dan il-premju Ewropew il-kumpanija trid tkun rebħet premju ekwivalenti nazzjonali. Il-Ministru Francis Zammit Dimech fakkar li rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea stqarrew li jkunu ferhanin hafna li jkun hemm industrji nominati, u rebbieha, minn pajjizi kandidati ghall-edizzjoni tal-2002 tal-Premju.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li dan il-premju ambjentali ghall-industrja qed ikun organizzat f'Malta għall-ewwel darba fuq l-istess kriterji ta' premji simili organizzati fuq livell Ewropew. Dan hu eżempju ieħor fejn il-proċess tas-sħubija kien qed jixprunana biex nagħmlu pass ieħor 'il quddiem biex nottjenu ħarsien ambjentali u żvilupp sostenibbli.

Il-Ministru għall-Ambjent fakkar li l-mira tal-Premju Ambjentali għall-Industrja hu li jirrikkonoxxi u jippromwovi l-isforzi ta' dawk in-negozji li fil-miri tagħhom, prattiċi, proċessi, prodotti u servizzi jagħtu kontribut ewlieni lill-ambjent u lill-iżvilupp sostenibbli. Dan iqiegħedhom bħala eżempju għal oħrajn.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li meta twaqqaf dan il-Award f'Malta kien maħsub li jingħataw żewġ premjijiet: il-Management Award for Sustainable Development immirat lejn kumpanniji li jiddistingwu rwieħhom għall-kapaċita' li jintegraw fl-attivitajiet tagħhom il-ħarsien ambjentali mal-problemi soċjali. Qal li dan kien bla dubbju l-aktar premju ambizzjuż tant li min jirbħu jkun eleġibbli għan-nominazzjoni tal-premju Ewropew. It-tieni premju kien il-Conservation Award for Sustainable Development orjentat l-aktar lejn ir-riżultati miksuba.

Francis Zammit Dimech qal li biex jintagħżlu r-rebbieħa twaqqaf Kumitat ta' Aġġudikazzjoni ppresedut mill-President Emeritus l-E.T. Ugo Mifsud Bonnici. Il-kumitat kien jinkludi s-Segretarju Permanenti u rappreżentant mill-Ministeru għall-Ambjent, id-Direttur għall-Ħarsien ta' l-Ambjent, id-Direttur tal-Cleaner Technology Centre, il-Viċi President tal-Federazzjoni ta' l-Industrja u rappreżżentant mill-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp, l-IPSE u Nature Trust.

Francis Zammit Dimech qal li l-Ministeru għall-Ambjent beħsiebu jorganizza dan il-premju b'mod regolari. Hu rringrazzja lil Cleaner Technology Centre li organizzaw dan il-premju.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-ST Microelectronics, ir-rebbieħ tal-premju ta' din is-sena għandha l-Environmental Decalogue, l-għaxar kmandamenti ambjentali tagħha ghall-harsien ambjentali kulfejn għandha kumpanniji fid-dinja. Qal li dawn il-kmandamenti kieu miri ċari ambjentali li ħu ta' pjaċir jinnota li kienu qed jintlaħqu. Francis Zammit Dimech qal li l-kumpannija ST Microeletronics kienet intrabtet li:

1. Tilhaq l-aktar regolamenti ambjentali iebsa fi kwalunkwe pajjiz li fih topera;
2. Tikkonserva l-energija, il-konsum ta' l-ilma u l-konsum tal-karta;
3. Tnaqqas emissjonijiet u tkabbar l-uzu ta' enerġija li tiġġedded u enerġija alternattiva;
4. Tnaqqas it-tniggiż;
5. Tnaqqas il-konsum ta' l-aktar sitt kimiċi rilevanti;
6. Tnaqqas, tuża mill-ġdid u tirriċikla l-iskart;
7. Tintroduċi prodotti u proċessi għal inqas konsum ta' enerġija;
8. Tappoġġja inizjattivi lokali u tniedi proġetti ambjentali fis-siti kollha fejn topera;
9. Tkejjel il-progress fil-ħarsien ambjentali fis-siti kollha tal-kumpannija fid-dinja;
10. Iżżomm iċ-ċertifikazzjoni ISO 14001 u l-validazzjoni EMAS tas-siti kollha tal-kumpannija mad-dinja kollha.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li kien ta' pjaċir għalih jinnota li n-numru ta' industrji f'pajjiżna li qed isiru dejjem aktar konxji mill-ambjent qiegħed kulma jmur jikber.

Riċentament huwa żar il-fabbrika tal-kumpanija Baxter fil-Marsa u baqa' impressjonat mhux biss mil-livell għoli ta' miżuri ambjentali f'din il-fabbrika iżda wkoll mill-fatt ta' kemm il-management kif ukoll il-haddiema huma konxji mill-ġid li dawn il-miżuri qed jagħmlu sew għal saħħithom kif ukoll biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni.

Il-Ministru għall-Ambjent feraħ lir-rebbieħa u lil dawk kollha li pparteċipaw f'dan il-Premju. Qal li l-parteċipazzjoni f'dan il-Premju kienet tkejjel il-livelli ambjentali li jezistu fl-industrji lokali. Qal li din kienet 'tiġrija b'saħħitha' li minnha seta' joħroġ biss ġid

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow