Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU FI ŻJARA FL-OLANDA

pr1840
Date Icon 04/12/2001

Il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, illum ħalla Malta għal żjara fl-Olanda, fejn ser ikollu laqgħa u taħdidiet mal-Prim Ministru Olandiż, Willem Kok. F'din il-laqgħa, mistennija jiġu diskussi l-progress ta' l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll ir-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi.

Fl-Olanda, il-Prim Ministru ser ikollu wkoll udjenza mar-Reġina Beatrix.

Il-Prim Ministru ser jiltaqa' mal-Kumitat Parlamentari Olandiż dwar l-Affarijiet Barranin u dwar l-Affarijiet Ewropej, u ser jindirizza diskussjoni pubblika bit-tema 'Malta, Europe's viable partner in the Mediterranean'.

Waqt din iż-żjara, il-Prim Ministru ser jiftaħ uffiċjalment l-Ambaxxata ta' Malta fl-Olanda li tinsab f' The Hague.

Il-Prim Ministru jinsab akkumpanjat miċ-Chairman, Core Negotiating Group, Richard Cachia Caruana; il-Kap tad-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, Saviour Falzon; id-Direttur ta' l-Affarijiet Bilaterali fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, Cecilia Attard Pirotta u mis-Segretarju Privat tal-Prim Ministru, Peter Portelli. Fl-Olanda ser jingħaqdu mad-delgazzjoni, il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Joe Borg u l-Policy Co-ordinator fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, Ella Strickland.

Il-Prim Ministru mistenni lura Malta nhar il-Ħamis, 6 ta' Diċembru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow