IT-TASK FORCE GHAR-RISTRUTTURAZZJONI TAT-TARZNA TIPPREŻENTA R-RAPPORT TAGHĦA LILL-GVERN
It-Task Force Għar-Ristrutturazzjoni tat-Tarzna llum lestiet ir-rapport tagħha u unanimament awtorizzat lill-Vici Prim Ministru, bħala Chairman tat-Task Force, biex jippreżenta dan ir-rapport lill-Prim Ministru fil-laqgħa tal-Kabinett.
Ir-rapport jinkludi Pjan ta' Ristrutturazzjoni, proposti għal struttura ta' Management ġdid, proposti għal skemi nkluż skemi ta' rtirar kmieni u ta' rtirar volontarju, Kodici ta' Dixxiplina maqbul bejn il-partijiet kollha kif ukoll proposti għal emendi għal ftehim Kollettiv.
Il-membri kollha esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għax-xogħol kollu li sar minn minndu twaqqfet it-Task Force u għall-impenn komuni biex tinstab it-triq ħalli t-tarzna tkun ristrutturata fl-interess tal-pajjiż u fl-interess tal-ħaddiema.
It-Task Force ser tkompli bil-ħidma tagħha fil-ġimgħat li ġejjin.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN