Left arrow Mur Lura

PROĠETTI FAVUR L-AMBJENT U T-TISBIĦ TA' PAJJIŻNA

pr1821
Date Icon 30/11/2001

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li tul dawn l-aħħar snin bdew jittieħdu diversi inizjattivi favur ambjent aktar san. Fakkar li fost dawn l-inizjattivi bdew jitwettqu proġetti ta' tisbiħ fil-pajjiż l-aktar f'lokalitajiet qrib il-baħar li huma frekwentati sew mill-Maltin kif ukoll mit-turisti. Il-Ministru kien qed jitkellem f'Tas-Sliema waqt l-inawgurazzjoni ta' playing field gdida hdejn it-Torri ta' tas-Sliema.

Dr. Francis Zammit Dimech qal li tul l-ahhar seba' snin twettqu progetti ta' tisbih f'Marsascala, Bugibba/Qawra, Marsaxlokk, Birzebbuga, Ghar Lapsi, il-Gnejna, Tas-Sliema u San Giljan. Qal li l-vot ghat-tisbih issa sar item regolari f'kull budget tant li ghas-sena d-diehla hemm flus ivvutati biex jitkompla l-progett ghat-tisbih tal-promenade u l-bajja ta' San Giljan u ghal progetti ta' tisbih fix-Xaghjra, fil-bajja ta' San Tumas, f'Marsascala u f'Birzebbuga.

Francis Zammit Dimech qal li f'dawn l-aħħar tliet snin il-promenade ta' Tas-Sliema inbidel mil-lejl għan-nhar b'pavimentar ġdid tul il-promenade kollu, bil-bini ta' galleriji fuq il-baħar, tqegħid ta' dwal dekorattivi, ghamara ġdida, tħawwil ta' siġar u pjanti. Dan il-proġett kien jinkludi wkoll ir-restawr tat-Torri ta' San Ġiljan minn barra. Parti oħra importanti ta' dan il-proġett kien il-bini mill-ġdid tal-playing field fejn il-Ministeru għall-Ambjent u l-Kunsill Lokali Sliema ħadmu flimkien biex illum din il-lokalita' għandha playing field moderna u b'tagħmir li jista' anke jintuża minn dawk bi bżonnijiet speċjali.

L-iddisinjar ta' din il-playing field u l-playing equipment li hemm fiha sar minn periti mill-Ministeru ghall-Ambjent b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi, fi ħdan l-istess Ministeru, li kien inkarigat mill-manifattura tal-playing equipment u tar-railings. Ix-xogħol sar minn ħaddiema tat-Taqsima tad-Distretti. Hu qal li fit-tfassil tal-playing field ingħatat attenzjoni kbira għal ħafna dettalji fl-għażla tal-playing equipment u safety material adekwat għall-ħarsien tas-saħħa tat-tfal.

Għall-ewwel darba ġew introdotti sistemi u faċilitajiet innovattivi. Il-playing field hi maqsuma f'żewġ partijiet bil-parti ta' fuq tintuża minn tfal bejn is-sentejn u s-seba' snin u l-parti t'isfel tintuża minn tfal ta' bejn is-seba' u l-erbatax il-sena. Hu qal li playing equipment innovattiv huwa l-merry go round, li saret għall-użu ta' nies b'diżabilita'. Barra minn hekk tqiegħdet ukoll basketball net u activity ring. Ix-xogħol jinkludi ukoll bankijiet ġodda li tqiegħdu f'diversi belvederes li nbnew. Sar ukoll refurbishment totali tal-Public Convenience li hemm biswit il-playing field. F'din il-Public Convenience issa hemm ukoll faċilitajiet għal persuni b'diżabilita'.

Dan ix-xogħol kollu sar possibbli bil-kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għall-Ambjent u l-Kunsill Lokali Sliema. Qal li l-Kunsill Lokali kien imħeġġeġ minnu biex jikkontribwixxi finanzjarjament għal din il-playing field kif fil-fatt għamel meta ħareġ Lm28,200 għall-playing equipment meħtieġ.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li din it-tip ta' sħubija, li tant kienet suċċess biex inbena mill-ġdid dan il-playing field, qed isseħħ fuq bażi nazzjonali bl-introduzzjoni tal-Public Private Partnership. Il-Ministru għall-Ambjent qal li permezz ta' din is-sħubija se nżewwġu l-ħila tal-ħaddiema tal-Gvern ma' l-inizjattiva tas-settur privat biex mhux biss ikollna proġetti ambjentali li jkomplu jsebbħu pajjiżna iżda biex nassiguraw li l-ħaddiema kollħa jagħtu l-ġurnata tax-xogħol tagħhom.

Tnejn mill-proġetti li se jsiru taħt l-iskema l-ġdida tal-Public Private Partnership se jkunu f'dawn l-inħawi. Hu qal li f'San Ġorg u fl-inħawi ta' madwaru kien se jitwettaq proġett ta' tiġdid tal-bajja li għandu jkun ta' fejda għall-ambjent u t-turiżmu.

L-inizjattivi favur ambjent aktar san qeghdin jizdiedu u li l-Ministeru ghall-Ambjent qieghed kull ma jmur jerfa' l-piz ta' aktar minn dawn l-inizjattivi li jinkludu progetti ghall-bini ta' parks nazzjonali li ghalihom il-Gvern ivvota Lm225,000 għall-2002; proġetti ta' riabilitazzjoni fejn mistennija jintefqu Lm550,000 u proġetti ta' restawr li s-sena d-dieħla se jingħataw Lm500,000.

Francis Zammit Dimech qal li l-ambjent illum qiegħed jieħu importanza dejjem akbar għaliex il-poplu qed jifhem li aktar ma' l-ambjent ikun wieħed san aktar igħix f'saħħtu. Il-Ministru għall-Ambjent appella lil kulħadd biex jieħu ħsieb u jħares il-proġetti li qed iwettaq il-Gvern biex isebbaħ pajjiżna. Fakkar li l-Ministeru għall-Ambjent kien waqqaf unit apposta għall-manutenzjoni tal-proġetti ta' tisbiħ. Iżda tenna li jkun kollu għalxejn li jkun hemm il-Gvern li jahdem għal pajjiż aktar sabiħ u nadif u fl-istess waqt ikun hemm nies li flok igħinu f'din il-ħidma jostakolawha b'atti ta' vandaliżmu.

Francis Zammit Dimech qal li pajjiżna hu tagħna lkoll. Għalhekk kellna nħarsuh flimkien minn min irid jagħmillu hsara billi kull wieħed minnha jkun għassies ta' dak li għandna

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow