IL-HIN GHAL BEJGH FI ZMIEN IL-FESTI TAL-MILIED
Is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici tal-Onor. Edwin Vassallo, javza illi l-ħinijiet tan-negozju għal żmien il-Festi tal-Milied u l-ewwel tas-sena, u li jinkludi l-bejgħ nhar ta' Ħadd u fil-festi pubbliċi, se jibda minn nhar il-Ġimgħa 7 ta' Diċembru sas-Sibt, 5 ta' Jannar, 2002 fejn il-bejgħ jista' jibqa' għaddej sa' l-10.00 p.m. kuljum.
Is-Segretarjat iheggeg lis-sidien tal-ħwienet biex jiftehemu bejniethom halli jżejnu mill-aħjar li jistgħu t-toroq u l-ħwienet tagħhom.
F'dan iż-żmien tas-sena, il-bejgħ ikun tajjeb iżda wiehed irid ikun armat biex ibiegħ f'dinja ta' kompetizzjoni li qeghda dejjem tizdied u li minnha qed igawdi l-konsumatur.
Is-Segretarjat jawgura żmien tajjeb ta' kummerċ lis-settur tal-ħwienet u lil kull min qiegħed fin-negozju.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN