Left arrow Mur Lura

316-IL GĦALLIEM JINGĦATAW IL-WARRANT

pr1816
Date Icon 30/11/2001

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea, ippreżenta l-Warrants lill-Għalliema li iggradwaw reċentament mill-kors tal-B.Educ u l-PGCE ta’ l-Università ta’ Malta u oħrajn. Il-parti l-kbira ta’ dawn l-istudenti diġà sabu impjieg ma’ l-iskejjel ta’ l-iStat, tal-Knisja jew l-iskejjel Indipendenti. Wara li ingħataw il-Warrants, waħda mill-għalliema, Ms. Rachel Abela f’isem sħabha, għamlet stqarrija solenni ta’ l-impenn tagħhom favur l-istudenti.

Il-Ministru Louis Galea, fid-diskors tiegħu qal li l-Edukazzjoni qed tiffaċċja żminijiet ta’ bidla li joffru sfida għall-għalliema ta’ llum. Il-Ministru tenna li l-edukazzjoni hija l-ġuf fejn is-soċjetà tagħna tkattar lilha nnifisha u toħloq is-soċjetà tal-ġejjieni. F’dan il-kuntest, l-għalliema, flimkien mal-ġenituri għandhom iħabirku biex flimkien mat-tfal ‘iwelldu il-ġejjieni flimkien’. Il-Kurrikulu Nazzjonali jagħti gwida ċara u bażi ta’ valuri, prinċipji u għanijiet li l-għalliema u l-istudenti tagħhom għandhom jiksbu.

Il-Ministru qal li l-Kurrikulu Nazzjonali issa beda l-mixja tiegħu fil-ħajja ta’ kuljum ta’ l-iskejjel tagħna. Il-Kurrikulu qed jintlaqa tajjeb u qed joħloq entużjażmu u ħerqa għal aktar żvilupp. Il-Gvern, kif diġà wera, qed jappoġġa lis-settur edukattiv b’mod konkret permezz tal-fondi u r-riżorsi li alloka u li qed ikompli jżid. Il-Ministru semma l-100 espert li għadhom kif ġew maħtura fi ħmistax-il Grupp Speċjalizzat (Focus Group) dwar temi differenti. Dawn il-Gruppi se jkunu qed jappoġġjaw lill-iskejjel fit-twettieq tal-Kurrikulu taħt il-gwida tal-Kunsill Nazzjonali dwar il-Kurrikulu (National Curriculum Council). Il-Ministru semma wkoll ix-xogħol ta’ appoġġ li diġà bdiet twettaq il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (Foundation for Educational Services). Il-Fondazzjoni bdiet programm ta’ appoġġ għat-tfal li jaqgħu lura fl-edukazzjoni (Ħilti) filwaqt li tgħin lill-ġenituri ta’ l-istess tfal biex permezz ta’ programm apposta (Id f’Id) il-ġenituri stess ikunu jistgħu jappoġġjaw lit-tfal. Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni qed timpjega numru ta’ Activity Teachers biex jappoġġjaw lill-iskejjel primarji fil-ħinijiet normali u jwettqu l-programm Ħilti wara l-ħinijiet ta’ l-iskola.

Għall-Ministru Louis Galea, l-għalliema huma katalisti tal-bidla fil-pajjiż (change agents). F'dan is-sens, huma l-għalliema li jridu jħejju lit-tfal u l-istudenti ta' llum biex jilqgħu l-isfidi tal-ġejjieni. Il-Ministru tenna li ma jkunx għaqli jekk is-sistema edukattiv tagħna tħares biss lejn il-ġejjieni qrib u ma tħarisx aktar fit-tul. Is-sistema edukattiv għandha tagħti lit-tfal u l-istudenti tagħna l-għodod meħtieġa biex it-tagħlim ikun proċess kontinwu. B'hekk ma nkunux qed nipproduċu nies kapaċi għal impjieġ wieħed biss iżda riżors uman dinamiku kapaċi jiġġedded u jibqa’ relevanti.

Il-Ministru appella lill-għalliema biex hekk kif jibdew il-professjoni tagħhom iżommu fihom l-ispirtu ta' riċerka akkademika matul xogħolhom. Dan għaliex il-Policies u l-iStrateġiji ta' għada iridu jkun msejsa fuq riċerka soda u fuq informazzjoni attwali u aġġornata.

Il-Ministru temm jgħid li l-għalliema l-ġodda, forsi aktar minn oħrajn, iridu jaraw li l-proċess ta' demokratizzazzjoni fl-iskejjel irabbi l-egħruq u jissaħħaħ. Fis-snin li ġejjin l-iskejjel tagħna iridu jiżviluppaw f'ċentri ta' tagħlim għall-kommunità. Dan ifisser li l-għalliema se jkunu qed jieħdu rwol akbar fil-kommunità. Madankollu l-għalliema jridu japprezzaw ir-rwol importanti li għandhom il-ġenituri u msieħba oħra f'dan is-settur, u jgħarfu jaħdmu id f'id magħhom biex l-esperjenza edukattiva tkun waħda aktar sħiħa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow