Left arrow Mur Lura

L-ISKEMA TA’ REGISTRAZZJONI TA’ INVESTIMENT TIBDA SSEHH

pr1809
Date Icon 29/11/2001

L-iskema ta' Registrazzjoni ta' Investiment li thabbret mill-Ministru tal-Finanzi waqt id-diskors tal-Budget ghas-sena 2002, ser tibda topera minn nhar it-Tnejn, 3 ta' Dicembru, 2001.

Din l-iskema tippermetti lil persuni li jkunu ttrasferew flus barra minn Malta minghajr il-permessi mehtiega, u li ma kienux hallsu t-taxxi rilevanti rigward dawn l-Investiment, biex jirregolarizzaw il-pozizzjoni taghhom taht l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income u l-Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju. L-iskema ta' Registrazzjoni ta' Investiment ser tapplika ghal kull investiment finanzjarju li kien mizmum barra fl-1 ta' Settembru 2001, u ser tibqa’ topera sal-31 ta' Dicembru 2002.

Ir-registrazzjonni ta' dawn l-investimenti finanzjarji tista’ ssir biss permezz ta' Agenti Appuntati ghar-Registrazzjoni, li ghandhom ikunu banek, stockbrokers licenzjati taht l-Att dwar il-Borza ta' Malta, u persuni li ghandhom Licenzja ghal Servizzi ta' Investiment f'kategorija 2 jew 3, taht l-Att dwar Servizzi ta' Investiment.

Persuni li jirregistraw taht din l-iskema jinghataw Certifikat ta' Registrazzjoni li bih jizguraw illi huma jkunu ezenti milli jittiehdu passi kontrihom fuq l-assi li jirregistraw fir-rigward tal-pozizzjoni taghhom taht l-Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju u l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.

Aktar informazzjoni dwar l-iskema ta' Registrazzjoni ta' investiment tista' tinkiseb mill-Agenti Appuntati ghar-Registrazzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow