Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI

pr1803
Date Icon 28/11/2001

Il-Ministeru ghall-Gustizzja u Gvern Lokali jirreferi ghall-istqarrija li hareg il-Kumitat Laburista tar-Rabat, Ghawdex li f'anqas minn tnejn u ghoxrin siegha li fiha thaddmet sistema pilota biex tikkontrolla l-parkegg hareg jikkundannha.

L-ewwel raguni li kkwotat l-istqarrija hi li s-sistema holqot diskriminazzjoni bejn sewwieqa differenti. L-iskema hi tassew mahsuba biex tohloq diskriminazzjoni favur ir-residenti fic-centru tar-Rabat u l-Fontana li s'issa batew li jsibu fejn jipparkjaw f'kull hin li fih il-qalba tal-lokalita` kienet mimlija bil-haddiema u l-impjegati li kuljum isuqu kmieni lejn il-kapitali Ghawdxija u ma jcaqalqux il-karozzi mit-toroq qabel isirilhom il-hin biex imorru d-dar. Is-sistema pilota tal-parkegg ukoll tohloq diskriminazzjoni favur dawk li jridu jzuru r-Rabat biex jinqdew mill-hwienet fic-centru kummercjali ewlieni t'Ghawdex, li kien qed jitlef il-bejgh ghal hwienet sparpaljati l-barra mic-centru.

Il-Kumitat Laburista tar-Rabat m'hux jilmenta ghax sewwieqa li jigu minn barra r-Rabat ma jistghux jipparkjaw kemm iridu fil-qalba tar-Rabat; qed jilmenta izda, li cittadini Rabtin li jigu minn barra c-centru tar-Rabat ma jistghux jipparkjaw kemm iridu fil-qalba tar-Rabat. Minn dan hu car li l-Kumitat imsemmi m'hux kontra li ssir xi diskriminazzjoni kontra sewwieqa basta l-membri kollha tal-Kumitat tar-Rabat, anke dawk li ma jghixux fic-centru, ikunu jistghu imorru ghax-xoghol bil-karozzi taghhom u jdumu kemm iridu fic-centru waqt li jibqghu jiskomodaw lir-residenti t'hemhekk. M'ghandu jkun hemm ebda diskriminazzjoni bejn haddiema u impjegati li jridu jmorru fic-centru tar-Rabat gejjin mill-partijiet m'hux centrali tar-Rabat ma' dawk gejjin mill-bqija t'Ghawdex.

L-istqarrija tirreferi ghall-fatt li sidien ta' vetturi kummercjali li jghixu fic-centru ma nghatawx permess li jipparkjaw il-vettura taghhom. Dan kien dovut ghal zball tekniku li qed ikun rettifikat din il-gimgha stess. Sidien li ghandhom vettura kummercjali registrata fuq isimhom u li tizen anqas minn tlett tunnellati u nofs li jghixu fic-centru tar-Rabat u l-Fontana fil-jiem li gejjin ser jircievu l-permess bil-posta biex jipparkjaw fiz-zoni rispettivi taghhom. Din kienet diffikulta` m'hux mistennijja u hu ghalhekk li l-progett qed isir fuq bazi pilota biex ikunu kumpensati d-diffikultajiet kollha li jistghu jirrizultaw.

It-tielet raguni msemmija fl-istqarrija hi l-anqas wahda li tinftiehem. Hadd ma jichad li l-lokalitajiet tar-Rabat u tal-Fontana ghandhom Kunsilli awtonomi u indipendenti minn xulxin. Izda dan ma jnehhix il-fatt li z-zewg lokalitajiet huma girien u li fejn jidhol it-traffiku dak li jigri fil-gara l-kbira, r-Rabat, ser jolqot lill-gara z-zghira, l-Fontana. Sakemm ma jinbeniex xi hajt li jifred il-lokalitajiet biex ma jhallix karozzi jmorru minn lokalita` ghall-ohra aktarx bla ma jindunaw, kull skema ta' parkegg li trid issir ir-Rabat, trid tghati kas ukoll ta' bzonnijiet il-Fontana.

L-akkuza ta' nuqqas t'informazzjoni hi superfluwa ghax l-iskema kienet akkumpanjata b'kampanja estensiva t'informazzjoni fil-mezzi kollha tal-kommunikazzjoni.

L-aktar sorprendenti izda hu li mal-Kumitat Laburista tar-Rabat, issiehbu fil-kundanna t-tlett Kunsilliera Laburisti tar-Rabat li sal-bierah kienu unanimi ma shabhom il-Kunsilliera l-ohra fi qbil dwar kif ghandha ssir din is-sistema biex tikkontrolla l-parkegg.

Il-Ministeru ghall-Gustizzja u Gvern Lokali jfakkar mill-gdid li din hi skema pilota u li ghalhekk fil-gimghat u x-xhur li gejjin ser tkun studjata biex tittejjeb u taqdi ahjar lir-residenti, lix-xerrejja u lil min ibieghlhom, li s'issa kienu dejjem iffaccjati bl-ingombru tal- karozzi ta' haddiehor. Sadanittant ikun tajjeb li ma jsirux kundanni mghaggla ghal dak li fuq kollox hu bidla kulturali f'pajjizna. Wara ftit gimghat u xhur li s-sistema tkun ilha tahdem, imbaghad, kulhadd ikun jista' jasal ghall-gudizzju ahjar, tieghu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow