Left arrow Go Back

MALTA TAGHLAQ IN-NEGOZJATI DWAR IL-POLITIKA SOCJALI U X-XOGHOL

pr1801
Date Icon 28/11/2001

Malta mxiet pass iehor 'il quddiem fin-negozjati llum meta ghalqet in-negozjati fil-qasam importanti tal-politika socjali. Il-konkluzjoni tan-negozjati f'dan il-qasam saret waqt sessjoni ohra tal-konferenza dwar id-dhul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Il-konferenza saret fi Brussels f'livell ta' Deputati. Id-delegazzjoni ta' Malta kienet immexxija mic-Chairman tal-Grupp Ewlieni ta' Negozjaturi, is-Sur Richard Cachia Caruana.

Wara s-sessjoni ta' llum tan-negozjati, l-ghadd ta' kapitli li Malta ghalqet provizorjament tela' ghal 19 minn total ta' disa’ u ghoxrin qasam li dwarhom qed isiru n-negozjati f’dan l-istadju.

Matul is-sessjoni ta' llum, Malta nnegozjat b'success erba' perjodi ta' tranzizzjoni f’dawn l-oqsma li gejjin:

  • perjodu ta' tranzizzjoni sa Jannar 2006 biex l-industrija lokali taggusta t-taghmir tax-xoghol ghal standards oghla ta' sahha u sigurtà tal-haddiema;
  • perjodu ta' tranzizzjoni sa Jannar 2004 ghall-industrija lokali biex tgholli l-istandards halli jkunu evitati riskji kawzati minn hsejjes fuq il-post tax-xoghol;
  • perjodu ta' tranzizzjoni sa Jannar 2004 ghall-industrija biex tgholli l-istandards halli jkunu evitati riskji f'postijiet fejn ikun tiela' l-bini;
  • perjodu ta' tranzizzjoni sa Lulju 2004 ghall-implimentazzjoni ta’ drittijiet tal-haddiema dwar l-organizazzjoni u l-hinijiet tax-xoghol.

Sessjoni ohra ta' diskussjonijiet saret ukoll illum fuq il-qasam tal-kompetizzjoni, li hija wkoll qasam importanti fin-negozjati. F'dan il-qasam, fost affarijiet ohra, Malta qed titlob perjodu ta' tranzizzjoni ta' seba' snin biex il-pajjiz ikollu zmien bizzejjed halli jkun jista' jimplimenta pjan ta' ristrutturazzjoni fis-settur tat-tarznari.

Meta tkellem fil-konferenza, ic-Chairman tal-Grupp Ewlieni ta' Negozjaturi, is-Sur Richard Cachia Caruana, laqa' b'sodisfazzjon l-gheluq tan-negozjati fuq il-Politika Socjali u x-Xoghol u b'mod partikulari l-qbil li kien hemm fuq l-erba' perjodi ta' tranzizzjoni. Huwa qal li r-rizultat tan-negozjati f'dan il-qasam gie wara xhur ta' tahdidiet intensivi mhux biss bejn ufficjali Maltin u dawk mill-UE imma wkoll fost l-imsiehba socjali f'Malta. Huwa qal li filwaqt li Malta taqbel bis-shih ma' standards ta' l-UE fid-dinja tax-xoghol u f'aspetti ohra tal-politika socjali, hija talbet biss zmien itwal ghal aggustamenti fil-kaz ta' erba' ligijiet ta' l-UE fejn dan kien mehtieg ghall-industrija. Huwa zied jghid li Malta tat importanza kbira lid-djalogu socjali tul il-process ta' negozjati ghal shubija b'mod generali u b'mod partikulari fin-negozjati dwar il-politika socjali. Ir-rizultat tan-negozjati fuq dan il-qasam importanti kien ghalhekk bis-sahha tad-djalogu socjali.

Dwar in-negozjati fuq il-kompetizzjoni, is-Sur Cachia Caruana qal li matul il-granet li gejjin it-Task Force ghall-istrutturar mill-gdid tas-settur tal-bini u t-tiswija tal-vapuri li hija mmexxija mill-Vici Prim Ministru se tipprezenta pjan konkret u realistiku li ghandu l-mira li jwassal lil din l-industrija biex tkun vijabbli finanzjarjament u ekonomikament sa l-2008. Huwa rrefera wkoll ghal zviluppi ohra ricenti f'dan il-qasam, fosthom id-dhul fis-sehh ta' l-Att dwar il-Promozzjoni tan-Negozju li joffri pakkett modern biex ikun attirat lejn Malta investiment b'valur mizjud.

Fi tmiem id-diskors tieghu, is-Sur Cachia Caruana esprima t-tama tieghu li jkun hemm aktar progess fin-negozjati qabel ma ssir il-laqgha ministerjali fi Brussels fi zmien gimaghtejn ohra.

Fis-sessjoni ta' llum wara nofsinhar tkellem ukoll l-Ambaxxatur Frans van Daele, f'isem il-Presidenza Belgjana. Il-Presidenza esprimiet is-sodisfazzjon taghha ghall-progress li ghamlet Malta fin-negozjati wkoll fid-dawl ta' dak li kien irrappurtat fir-Rapport Regolari li ppubblikat dan l-ahhar il-Kummissjoni Ewropea fuq il-pajjizi kollha kandidati, fosthom Malta.

Fis-sessjoni tkellem ukoll Eneko Landaburu, Direttur-Generali ghat-Tkabbir ta' l-UE fil-Kummissjoni Ewropea. Landaburu esprima s-sodisfazzjon tieghu ghall-gheluq tan-negozjati fil-politika socjali. Dwar il-kompetizzjoni, Landaburu qal li Malta ghad trid tissottometti aktar informazzjoni biex tiggustifika t-talbiet taghha fil-qasam tat-tarznari kif ukoll dwar il-monopolju li l-Gvern ghandu fil-Korporazzjoni Enemalta fejn jidhlu l-importazzjoni, il-hazna u l-bejgh ta' prodotti taz-zejt; kif ukoll fuq l-iskema ta' appogg ghal operaturi ta' l-ivvjaggar, it-TOSS; u l-incentivi fit-taxxa li nghataw taht il-ligi li kien hemm qabel dwar l-izvilupp industrijali.

Bi twegiba dwar dan, is-Sur Cachia Caruana qal li d-diskussjonijiet teknici fuq is-suggetti specifici ghandhom ikomplu imma ghandu jkun hemm ukoll gharfien tas-sensitivitajiet politici li hemm fin-nofs.

Is-Sur Cachia Caruana kien akkumpanjat mis-Sur Victor Camilleri, l-Ambaxxatur ta' Malta fi Brussels; Dr Simon Busuttil, Kap tac-Centru ta' Informazzjoni Malta-UE; Ms Graziella Pullicino, Kordinatrici fis-Segretarjat tan-Negozjati; u minn ghadd ta' ufficjali mill-Ambaxxata Maltija fi Brussels.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow