Left arrow Mur Lura

Il-Konkors tas-Sbuhija "Regina tal-Karnival 2002"

pr1786
Date Icon 26/11/2001
Il-Karnival dalwaqt maghna, jghaddu l-festi tal-Milied u fi ftit gimghatnibdew resqin aktar fl-ispirtu tal-bluha u nistennew spettaklu, spettaklu li jiehu diversi modi ta’ briju u kuluri.
Wahda mill-attivitajiet li kull meta saret kienetsuccess, kienet il-konkors tas-sbuhija "Regina tal-Karnival". Sabiex ir-renju tar-Regina ikun iktar gawdut, din is-sena l-Konkors ser isir nhar is-Sibt 1 ta’ Dicembru 2001. Il-Kummissjoni Nazzjonali Folklor fi hdan il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, flimkien ma’ l-agenzija Louie’ Noir sejrin jorganizaw ghal hames sena dan il-konkors fil-Lukanda Corinthia Palace Hotel, H’Attard, fejn numru ta’ tfajliet ser jikkompetu bejniethom ghal dan it-titlu.
Il-Konkors, li sejjer jigi prezentat minn HermanBonaci u Frida Cauchi, ghandu diversi wirjiet ta’ moda, kif ukoll wirja ta’ kostumi originali tal-Karnival li saru minn Noel Zarb, li ha hsieb ukoll l-koreografija tal-Konkors. Il-gurija ser taghzel lit-tfajla rebbieha, billi tivvota ghall-ahjar Personalita’, Kostum Karnivalesk, Sbuhija u Ritratt. Il-Pubbliku jista’ ukoll jaghti l-preferenza tieghu permezz tar-rivista "il-Gwida".
Ghal dan l-ispettaklu li ser jibda fis-7.30 ta’filghaxija, ser ikun hemm ukoll wirja ta’ Body Painting, zfin u kant min Renato u Helen Micallef u Mary. Mistiedna fost l-ohrajn ser ikun hemm ir-Regina tal-Karnival renjanti, Claire Cabrio Mangion, kif ukoll diversi partecipanti tal-Karnival Malti li ser jitkellmu fuq l-esperjenzi taghhom fil-Karnival waqt li jigu esebiti diversi kostumi li ntuzaw f’edizzjonijiet tal-passat. It-tfajla li ser tkun inkurunata ‘Regina tal-Karnival 2002’, sejra tirraprezenta lil Malta, fl-isfilata tal-Karnival ta’ Viareggio, l-Italja, wiehed mill-ispettakli kbar u rinomati fl-Ewropa, l-Hadd 17 ta’ Frar 2002. Barra minhekk, sejra tkun prezenti tul il-jiem tal-Karnival (bejn il-Hamis 7 u t-Tlieta 12 ta’ Frar 2002) fuq il-karru tar-Re tal-Karnival.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow