Left arrow Mur Lura

BUDGET 2002: "BUDGET LI JKATTAR IL-KUMMERC" - L-ONOR EDWIN VASSALLO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMIĊI

pr1783
Date Icon 26/11/2001

Bil-miżuri meħuda fil-Budget, il-Gvern qed jistenna li tiżdied in-nefqa tal-konsumatur u għalhekk jiżdied aktar il-kummerċ. Hekk, huwa previst li jiżdied ukoll id-dħul tal-Gvern mhux b'miżuri ġodda tat-taxxi, iżda għaliex ladarba jiżdied il-kummerċ, id-dħul tal-Gvern jiżdied ukoll. Huwa fatt li ma kien hemm l-ebda miżura ġdida ta' taxxa; iżda biss miżuri li għandhom jgħinu biex jiżdied il-kummerċ.

Dan jixhed li l-Gvern mhux qed jaħseb kif jiżdied id-dħul tiegħu billi jżid it-taxxi, imma billi jkattar l-attivita' kummerċjali. Iżjed ma tiżdied din l-attivita' kummerċjali, iktar tiżdied l-effiċjenza fil-ġbir u tonqos l-evażjoni tat-taxxa; filwaqt li d-dħul tal-Gvern ikun iggarantit, bla ma jittieħdu miżuri ta' taxxi li jrażżnu l-infieq u hekk ukoll il-kummerċ. Bil-kuntrarju, dan il-Budget huwa maħsub li jgħin biex il-kummerċ f'pajjiżna jikber u jsostni l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna mingħajr ma jkollna nirrikorru ghal taxxi ġodda u żejda fuq il-poplu. Minflok, il-gvern ser jara li dak li għandu jitħallas, jinġabar b'mod ġust.

Il-miżura li ttieħdet f'dan il-budget kif imħabbra mill-Ministru tal-Finanzi ser tneħħi t-taxxa ta' 2.6% fuq id-dokumenti li preżentament titħallas fuq assenjament ta' kwalunkwe dritt, li ma jkunx dritt rejali. Fiha nnifisha, filwaqt li l-miżura hija mehuda biex tnaqqas il-burokrazija fil-ħidma tan-negozji żgħar, din hija wkoll tnaqqis ta' taxxa, li kienet spiża fuq in-negozji. Għalhekk f'dan il-budget qed nibdew naraw riżultati ta' miżuri serji li ttieħdu f'budgets fi snin ta' qabel mill-istess Gvern. La darba dawn il-miżuri kienu suċċess, bdejna nagħrfu wkoll il-ħtieġa li għandna nissimplifikaw il-burokrazija, għax meta jsir hekk ikun ifisser tnaqqis fl-ispejjeż tan-negozji.

Dawn id-deċiżjonijiet qed jittieħdu minn Gvern li jemmen li n-negozji żgħar u s-self-employed għandhom sehem x'jagħtu fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-poplu Malti

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow